Kundizzjonijiet speċifiċi għal użu:
• Qabel ma tidħol fil-post perikoluż l-apparat għandu jiġi spezzjonat għal sinjali ta' ħsara
fil-loġġ.
• Jekk ikun hemm ħsara li tidher m'għandekx tuża l-apparat fil-post perikoluż sakemm
ikun issewwa f'ċentru awtorizzat.
• Il-loġġ tat-tagħmir jiġi ttestjat kontra l-enerġija ta' impatt baxx għal Grupp II u III.
• L-apparat għandu jiġi protett minn esponiment ta' dawl UV eċċessiv.
• Qabel ma jiddaħħal fil-post perikoluż il-kisi konduttiv fuq il-kaxxa Eks-protettiva
għandu jiġu spezzjonat.
• Jekk il-kisi jitneħħa jew jiġrilu ħsara għal aktar minn 2000mm² (~50mm dijametru,
kontigwu) l-għatu ta' wara għandu jitneħħa mill-użu fil-postijiet ta' periklu.
Struzzjonijiet dwar is-Sikurezza:
• Il-Loġġ tal-Batterija (il-kopertura ta' wara ta' Samsung) għandu jitqiegħed korettament
qabel id-dħul fil-post perikoluż.
• Qabel ma tidħol fil-post perikoluż l-kaxxa eks-protettiva għandha titqiegħed fuq il-parti
ta' wara tat-tagħmir.
• Il-ħġieġa ta' protezzjoni addizzjonali tal-LCD m'għandha qatt titneħħa u tista' tiġi
mibdula biss minn ċentru tas-servizzi awtorizzat.
• It-tagħmir m'għandux jintuża qrib ħafna ta' proċessi li jipproduċu kariki elettrostatiċi
għolja.
• It-tibdil tal-battery pack jew SD/SIM-Card hu permess biss f'postijiet ordinarji (mhux
perikolużi).
• L-ikkargar u t-tqabbid tad-dejta bil-fil permezz ta' USB u POGO port (dock port tat-ta-
stiera) huwa permess biss f'lokazzjonijiet ordinarji (mhux perikolużi).
• L-apparat jista' jiġi kkargat f'firxa ta' temperaturi bejn -5°C– 55 °C.
• Għandu jiġu żgurat li l-forniment tal-enerġija jissodisfa r-rekwiżiti SELV jew PELV
b'Um ta' 10V.
• Dan japplika wkoll għal provvisti ta' enerġija użati f'sistemi ta' komunikazzjoni
tad-dejta pe. PC.
• It-tagħmir ma jridx jiġi msewwi jew żmontat (għajr l-Għatu tal-Batterija f'postijiet
ordinarji).
• Segwi l-istruzzjonijiet tal-Iskeda ta' Kontroll rispettiv.
• Aċċessorju tal-awdjo intrinsikament sikur ċertifikat għall-użu f'postijiet perikolużi
għandu jaqbel mal-parametru tal-entità tal-ġakk tal-earphone.
Tiswija:
Tiswijiet iridu jsiru mill-manifattur jew minn ċentru ta' servizzi awtorizzat.
49