SonicWALL SonicWave 432o Guía De Inicio página 37

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles

Idiomas disponibles

klasifikaciją. Lygiagrečiai prijungtiems spausdintuvams galima įsigyti laidą iš „SonicWall™". Jeigu pageidaujate,
galite užsisakyti laidą iš „SonicWall™" internetu, adresu https://www.sonicwall.com.
„SonicWall" nustatė, kad šis gaminys yra B klasės suderintas gaminys. Šiuose skyriuose pateikiama šaliai specifinė
EMS / EMI arba gaminio saugos informacija.
Kompatibilità elettromanjetika
Interferenza Elettromanjetika (EMI) hi kwalunkwe sinjal jew emissjoni, li tiġi rradjata fl-ispazju jew li tkun kondotta
matul wajers tad-dawl jew signal leads, li tipperikola l-operat tan-navigazzjoni bir-radju jew ta' tagħmir ieħor tas-
sigurtà, jew li tiddegrada serjament, tostakola, jew tinterrompi ripetutament servizz tal-komunikazzjoni ta' radju
liċenzjat. Is-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, xandiriet kummerċjali
AM/FM, televiżjoni, servizzi ċellulari, radar, kontroll tat-traffiku ta' l-ajru, pager, u Servizzi ta' Komunikazzjoni
Personali (Personal Communication Services - PCS). Dawn is-servizzi liċenzjati tar-radju, u servizzi mhux liċenzjati
tar-radju, bħal WLAN jew Bluetooth, flimkien ma' tagħmir li jixħet ir-radjazzjoni bħal tagħmir diġitali, li jinkludi
sistemi tal-kompjuter, jikkontribwixxu għall-ambjent elettromanjetiku.
Kompatibilità Elettromanjetika (Electromagnetic Compatibility - EMC) hi l-kapaċità ta' oġġetti ta' tagħmir
elettroniku li jaħdmu flimkien b'mod korrett fl-ambjent elettroniku. Għalkemm din is-sistema tal-kompjuter kienet
iddisinjata u ddeterminata li hi konformi mal-limiti ta' l-aġenzija regolatorja għall-EMI, m'hemm l-ebda garanzija li
l-interferenza mhix ser isseħħ f'installazzjoni partikolari.
Il-prodotti SonicWall™ huma ddisinjati, ittestjati, u kklassifikati għall-ambjent elettromanjetiku intenzjonat
tagħhom. Dawn il-klassifikazzjonijiet ta' ambjent elettromanjetiku ġeneralment jirreferu għad-definizzjonijiet
armonizzati li ġejjin:
 Prodotti ta' Klassi B huma intenzjonati għall-użu f'ambjenti residenzjali/domestiċi iżda jistgħu jintużaw ukoll
f'ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi.
Nota:
L-ambjent residenzjali/domestiku hu ambjent fejn l-użu ta' radju tax-xandir u riċevituri tat-
televiżjoni jistgħu jkunu mistennija f'distanza ta' 10 m minn fejn jintuża dan il-prodott.
 Prodotti ta' Klassi A huma intenzjonati għall-użu f'ambjenti mhux residenzjali/mhux domestiċi. Il-prodotti
ta' Klassi A jistgħu jintużaw ukoll f'ambjenti residenzjali/domestiċi, iżda jistgħu jikkawżaw interferenza u
jeħtieġu li l-utent jieħu miżuri korrettivi adegwati.
Jekk dan it-tagħmir jikkawża interferenza mas-servizzi tal-komunikazzjoni tar-radju, li jista' jiġi ddeterminat billi
tixgħel u titfi t-tagħmir, inti mħeġġeġ biex tipprova tikkoreġi l-interferenza billi twettaq waħda jew iktar minn dawn
il-miżuri li ġejjin:
 Dawwar l-antenna li qed tirċievi s-sinjal.
 Poġġi l-kompjuter f'post ieħor fir-rigward tar-riċevitur.
 Poġġi l-kompjuter 'il bogħod mir-riċevitur.
 Ipplaggja l-kompjuter f'outlet differenti biex b'hekk il-kompjuter u r-riċevitur ikunu fuq branch circuits
differenti.
Jekk ikun meħtieġ, kellem lil rappreżentant tas-Sapport Tekniku ta' SonicWall jew lil tekniku tar-radju/televiżjoni
jew ta' l-EMC b'esperjenza, għal suġġerimenti addizzjonali.
Tagħmir tat-Teknoloġija ta' l-Informatika (Information Technology Equipment - ITE), li jinkludi tagħmir periferali,
cards ta' l-espansjoni, printers, tagħmir input/output (I/O), monitors, eċċ., li huma integrati fis-sistema jew
ikkonnettjati magħha, għandu jkollhom l-istess klassifikazzjoni ta' ambjent elettromanjetiku bħal dak tas-sistema
tal-kompjuter.
Safety and Regulatory Information
37

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido