Descargar Imprimir esta página

Malti; Kejl Ta' Konduttanza U Vultaġġ - gs yuasa GYT117 Guia Del Usuario

Ocultar thumbs Ver también para GYT117:

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 13

Malti

Ħarsa Ġenerali
It-tester tal-konduttanza GS Yuasa GYT117 joffri metodu sempliċi
biex wieħed ikun jista' jiskrinja l-istat tas-saħħa tal-batteriji tal-aċtu
taċ-ċomb regolati bil-valv (VRLA) li jvarjaw minn 0.5Ah sa 25Ah.
Speċifikazzjonijiet
Medda operattiva tal-voltmetru: +6.0 sa +19.99 Vdc
Preċiżjoni tal-vultaġġ: firxa operattiva bejn +/–50 mV
Temperatura operattiva: –18 sa 50°C (0 sa 120°F)
Limiti tat-test tal-vultaġġ:
12V vultaġġ għoli = 13.80V
12V vultaġġ baxx = 12.00V
6V vultaġġ għoli = 6.90V
6V vultaġġ baxx = 6.00V
Firxa (għal prodotti) tas-Siemens: 20 sa 1200S
KAWTELA: Jekk wieħed jipprova jħaddem it-tester-GS Yuasa
GYT117 lil hinn mill-firxa operattiva speċifika tiegħu, dan jista'
jirriżulta fi ħsara permanenti fit-tester.
Prekawzjonijiet ta' sigurtà
• Dejjem ikkonforma mal-istandards ta' sigurtà tal-faċilità meta
tkun qed tagħmel il-manutenzjoni tal-batterija.
• Dejjem uża kawtela massima meta taħdem bil-batteriji.
• Nuċċali tas-sigurtà u tagħmir protettiv personali ieħor (PPE)
għandhom jintlibsu. Jekk ma tagħmilx hekk, ikun hemm riskju
ta' korriment personali.
• Biex tevita xokk elettriku, neħħi l-oġġetti personali tal-metall
bħal ċrieket, brazzuletti, ġiżirani u arloġġi.
• Sabiex tiddetermina jekk il-batterija tistax tiġi ttestjata b'mod
sigur, spezzjona l-kaver tal-batterija biex tara jekk hux minfuħ,
hux qed inixxi, hemmx qsim/xquq fil-kaver, jew sinjali viżibbli
oħra ta' difetti jew problemi.
Kejl ta' konduttanza u vultaġġ
Il-Konduttanza hija indikatur tal-istat ta' saħħa tal-batterija u l-ħila
tagħha li tilħaq il-kapaċità nominali tagħha. Il-GS Yuasa GYT117
ikejjel u juri l-vultaġġ tal-kurrent dirett (Vdc) u l-konduttanza għal
kwalunkwe batterija ta' 6 jew 12-il Volt b'firxa ta' bejn 0.5 u 25
siegħat ta' Ampere (Ah) ta' kapaċità ta' skarika. Il-Vultaġġ DC huwa
kejl tal-potenzjal elettriku tal-batterija.
Il-konduttanza huwa kejl relattiv tal-abilità tal-batterija biex tilħaq
il-kapaċità nominali tagħha. It-tester-GS Yuasa GYT117 juri l-valur
tal-konduttanza f'Siemens (S). Ġeneralment, kejl għoli relattiv ta'
konduttanza jkun indikazzjoni li l-batterija hija tajba filwaqt li kejl
baxx jindika batterija fi stat degradat.
94
Malti
It-tastiera GS Yuasa GYT117 u LEDs
1. VLEĠĠA ' l FUQ - Agħfas għal batteriji ta' 12-il Volt u biex
tiskrollja sal-valur ta' riferenza (20 sa 1,200 Siemens).
2. ENTER - Agħfas biex tagħżel il-valur ta' riferenza, biex tibda
t-test u biex turi l-konduttanza f'Siemens (S).
3. VLEĠĠA ' l ISFEL - Agħfas għal batteriji ta' 6 Volt u biex
tiskrollja sal-valur ta' riferenza (20 sa 1,200 Siemens).
4. VOLTMETRU - Agħfas fi kwalunkwe ħin biex taqra l-Vultaġġ DC.
L-LEDs ħomor ' l fuq mit-tastiera juru l-modalità tal-ittestjar u l-valur
numeriku muri fuq id-displej (Vultaġġ, Siemens u persentaġġ
ta' riferenza). Tista' tuża l-GS Yuasa GYT117 bħala Voltmetru fi
kwalunkwe ħin waqt il-proċedura tal-ittestjar billi tagħfas il-buttuna
VOLT.
Proċedura tal-ittestjar tal-batterija
1. Skonnettja l-batterija mis-sistema.
2. Qabbad it-truf tat-tester mat-terminali tal-batterija: l-aħmar mal-
pożittiv (+), iswed man-negattiv (-).
3. Agħżel il-vultaġġ billi tagħfas il-buttuna VLEĠĠA ' l FUQ għal
12-il volt jew il-buttuna VLEĠĠA ' l ISFEL għal 6 volt. Agħfas
ENTER.
4. Skrollja sal-valur ta' riferenza billi tagħfas il-buttuni tal-VLEĠĠA '
l FUQ jew tal-VLEĠĠA ' l ISFEL. Agħfas ENTER. (It-tester imur
awtomatikament fuq l-aħħar valur ta' riferenza li ddaħħal).
5. Ibda t-test billi tagħfas ENTER. Numru ta' tikek jifflexjaw fuq id-
displej waqt li GS Yuasa GYT117 ikun qed ikejjel il-konduttanza
u l-Vultaġġ, u jikkalkula l-persentaġġ ta' riferenza.
6. L-ewwel valur li jintwera jkun il-persentaġġ ta' riferenza.
7. Sabiex jintwera l-valur attwali tal-konduttanza (S), agħfas u
żomm il-buttuna ENTER magħfusa.
8. Sabiex jintwera l-Vultaġġ, agħfas il-buttuna VOLT.
95

Publicidad

loading