Descargar Imprimir esta página

Siemens SM 331 Manual De Instrucciones página 66

Ocultar thumbs Ver también para SM 331:

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 14
Malti
SM 331; AI 2 x 0/4...20 mA HART, 6ES7331-7TB00-0AB0, minn Verżjoni 24
'il Fuq
Tagħrif fuq il-Prodott
Dan it-tagħrif fuq il-prodott fih indikazzjonijiet importanti għal meta tqabbad sinjali miż-żona fejn hemm
riskju ta' splużjoni (żona Ex) ma' l-SM 331; AI 2 x 0/4...20 mA HART.
Aktar Tagħrif
Aktar tagħrif fuq il-module, fuq kif tuża DM 370 u s-separatur Ex, kif ukoll fuq l-iżolazzjoni ta' wajers
minnhom innifishom żguri u dawk li m'humiex, jinstab fil-manwal ta' referenza S7-300, M7-300, ET 200M
Automation Systems, I/O Modules with Intrinsically-Safe Signals (Sistemi ta' Awtomatizzazzjoni S7-300,
M7-300, ET 200M, Modules Periferali Ex) (Parti mill-pakkett ta' dokumenti
6ES7398-8RA00-8AA0).
Post ta' Manifattura
Siemens AG, Gleiwitzer Strasse 555, DE-90475, Nuremberg, Germany
Approvazzjoni
Nota
Modules bl-approvazzjoni
ġewwa sistemi ta' awtomatizzazzjoni SIMATIC S7-300 / ET 200M tal-kategorija 3. Jista' jitqabbad
apparat elettriku minnu nnifsu żgur għaż-żoni 1, 2 u 21, 22.
Manutenzjoni
Il-module analogu m'għandux bżonn ta' manutenzjoni. Fil-każ li jkun hemm bżonn ta' tiswija, il-module
għandu jintbagħat fil-post ta' manifattura. It-tiswijiet jistgħu jsiru biss f'dan il-post.
Muntaġġ
• Barra miż-żona fejn hemm riskju ta' splużjoni, il-module analogu għandu jiġi mmontat ġewwa kaxxa
xierqa li tiggarantixxi protezzjoni mill-inqas tat-tip IP 20, skond EN 60529.
• Ġewwa ż-żona fejn hemm riskju ta' splużjoni (żona 2), il-module analogu għandu jiġi mmontat ġewwa
kaxxa xierqa li tiggarantixxi protezzjoni mill-inqas tat-tip IP 54, skond EN 60529, fil-waqt li trid taħseb
għall-kundizzjonijiet ambjentali ta' waqt l-użu. Irid ikun hemm dikjarazzjoni tal-manifatturier għall-kaxxa
għaż-żona 2 (skond EN 60079-15).
• Jekk fil-kejbil, jew fil-kaxxa mad-daħla għall-kejbil, tintlaħaq temperatura ta' aktar minn 70 °C taħt
kundizzjonijiet ta' ħidma, jew jekk fil-post fejn jinfirdu l-wajers jista' jkun li hemm temperatura ta' aktar
minn 80 °C, il-kejbil irid ikollu proprjetajiet ta' temperatura xierqa għat-temperaturi tabilħaqq imkejjlin.
Biex Tibda Tħaddem is-Sistema
• Wara l-installazzjoni tal-module analogu, l-iżolazzjoni, wajers u konnessjonijiet ikkonċernati jridu
jikkonformaw mal-kundizzjonijiet mogħtija f'taqsima 6.4 skond EN 60079-11.
A5E42132375-AA
II 3 G (2) GD
Ex nA [ib Gb] IIC T4 Gc
Ex nA [ib IIIC Db] IIC T4 Gc
Ex nA [ib Gb] IIC T4 Gc
Ex nA [ib IIIC Db] IIC T4 Gc
II 3 G (2) GD Ex nA [ib Gb] [ib IIIC Db] IIC T4 Gc jistgħu jintużaw
Malti

Publicidad

loading

Este manual también es adecuado para:

6es7331-7tb00-0ab0