DeLonghi Dolce Vita Manual De Instrucciones Para El Uso página 115

- toallero eléctrico
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 35
siMbOli UŻATi Fil-MANWAl
IMPORTANTI!
PERIKLU GĦAS-SIKUREZZA TA' PERSUNI, PETS U
OĠĠETTI.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' XOKK ELETTRIKU.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' ĦSARA LILL-APPARAT.
TWISSIJA
ATTENZJONI: Xi partijiet minn dan il-
prodott jistgħu jisħu ħafna u jikkaġunaw
ħruq. Attenzjoni partikolari għandha
tingħata meta tfal u persuni vulnerabbli
jkunu preżenti.
Tfal li għadhom m'għalqux it-3 snin
għandhom jinżammu 'l bogħod mit-
towel warmer kemm-il darba ma jkunux
taħt sorveljanza kontinwa.
Tfal li għandhom bejn it-3 snin u inqas
minn 8 snin jistgħu jixgħelu/jitfu
l-apparat biss kemm-il darba dan ikun
tqiegħed jew ġie installat fil-pożizzjoni ta'
ħidma normali maħsuba għalih u jkunu
ngħataw superviżjoni jew struzzjonijiet
rigward l-użu tal-apparat b'mod sikur u
li jifhmu l-perikli involuti. Tfal bejn it-3
u t-8 snin ma jistgħux jiskonnettjaw,
jirregolaw u jnaddfu l-apparat jew
iwettqu manutenzjoni tal-utent. Dan
l-apparat jista' jintuża minn tfal mill-età
ta' 8 snin u aktar u persuni li għandhom
kapaċitajiet fiżiċi, sensorjali jew mentali
mnaqqsa jew nuqqas a' esperjenza u
għerf jekk ikunu ngħataw superviżjoni
jew struzzjonijiet rigward l-użu tal-
apparat b'mod sikur u jifhmu l-perikli
involuti. It-tfal m'għandhomx jilgħabu
bl-apparat. It-tindif u l-manutenzjoni
tal-utent m'għandux isir minn tfal
mingħajr superviżjoni.
ATTENZJONI:
Dan l-apparat hu disinnjat u magħmul
biss biex jixxotta xugamanu maħsula
bl-ilma biss. M'għandux jintuża għal
skopijiet oħra.
IMPORTANTI!
TEMPERATURI GĦOLJIN.
RISKJU TA' ĦRUQ.
SUĠĠERIMENTI GĦAL TĦADDIM
EFFIĊJENTI.
M'GĦANDEKX TGĦATTI L-APPARAT!
Qatt m'għandek tinstalla l-apparat:
- eżatt taħt jew quddiem sokit tad-dawl jew
junction box (Fig. 6)
- f'kuntatt mal-ħajt jew il-paviment
- qrib purtieri, materjal infjammabbli jew
kombustibbli jew reċipjenti taħt pressjoni.
ATTENZJONI:
Irrispetta d-distanzi murija f'figuri 4, 5.
Sabiex jiġu evitati riskji lil tfal żgħar, installa
l-apparat bl-aktar element baxx tat-tisħin
tal-anqas 600 mm mill-art. (Fig. 4).
Installa u uża l-apparat kif deskritt
f'dawn l-istruzzjonijiet biss.
Jekk il-kejbil tal-provvista għandha
l-ħsara, din trid tinbidel mill-manifattur,
l-aġent tas-servizz jew persuni oħra
kkwalifikati sabiex tevita l-periklu. Qatt
m'għandek tuża l-apparat jekk il-kontrolli
elettroniċi jkollhom il-ħsara.
Kun żgur li l-linja tad-dawl hi mgħammara
b'tagħmir ta' sezzjonament li jippermetti
t-tagħmir ikun jista' jinqala' minn
mal-provvista tal-elettriku, li jinkludi
l-Wajer Pilota meta jkun preżenti, b'mod
konformi mal-leġiżlazzjoni attwali.
ATTENZJONI:
Qatt m'għandek tgħatti b'xi mod it-
tagħmir tal-kontrolli. (Fig. 6)
L-apparat fih kwantità preċiża ta' fluwidu
speċjali. It-tiswijiet kollha meħtieġa mill-
apparat biex jinfetaħ għandhom isiru
minn professjonist ikkwalifikat. F'każ
ta' tnixxijat taż-żejt, ikkuntattja l-aġent
lokali tiegħek jew professjonist kwalifikat.
Ir-rimi ta' dan l-apparat u l-fluwidu li hemm
fl-apparat għandu jsir b'mod konformi
mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ għar-rimi ta' żejt
u l-ġestjoni ta' skart.
113
MT

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido