Descargar Imprimir esta página

Honeywell SYNC WIRELESS IMPACT Instrucciones De Uso página 49

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 23
li tippermetti lill-ħaddiema li jkunu konxji mill-madwar tagħhom, jisimgħu twissijiet u allerti,
waqt li xorta jkunu protetti. Dan il-headset li jipproteġi s-smigħ hu pprovdut b'attenwazzjoni li
tiddependi mil-livell. Min jilbsu għandu jiċċekkja li jkun jaħdem tajjeb qabel ma jużah. Jekk jinstabu
distorsjoni jew ħsara, min jilbsu għandu jieqaf juża l-prodott u jirreferi għall-parir ta' Honeywell dwar
il-manutenzjoni u s-sostituzzjoni tal-batterija.
(A) BATTERIJI
Ara stampa *A1-*A3 f'dan il-manwal għal istruzzjonijiet dwar kif iddaħħal u tibdel il-batteriji. It-tip
ta' batteriji meħtieġa huma żewġ batteriji ta' tip LR6 AA 1.5V. Twissija ripetuta dwar livell baxx tal-
batterija tinstema' kull 60 sekonda matul l-aħħar siegħa ta' enerġija li jkun fadal fil-batterija.
TWISSIJA! Il-prestazzjoni tista' tiddeterjora mal-użu tal-batterija. Il-ħajja tal-batterija se tiddependi
mill-manifattur u l-kwalità tal-batterija, it-temperatura u l-modalitajiet attivati. Perjodu tipiku
mistenni ta' użu kontinwu: Hear-through attiv biss - madwar 85 siegħa. Bluetooth attiv - madwar 50
siegħa.
Kulur tal-LED *C8: *A4 AĦDAR, *A5 ORANĠJO, *A6 AĦMAR.
TWISSIJA! Aċċerta ruħek li ddaħħal il-batteriji bil-polarità korretta. Tħallatx manifatturi tal-
batteriji, jew batteriji qodma ma' ġodda, jew batteriji rechargeable ma' batteriji non-rechargeable.
(B) ISTRUZZJONIJIET DWAR KIF TILBSU
Estendi l-headband qabel l-użu. Poġġi l-ear-cups fuq il-parti ta' barra tal-widna (stampa *B1). Aġġusta
d-daqs tal-headband billi tisslajdja l-cups 'il fuq jew 'l isfel fuq il-headband wire-guide (stampa *B2).
L-ear cushions għandhom jissiġillaw b'mod sod mar-ras. Għall-aħjar riżultati, neħħi x-xagħar taħt
il-cushion u evita headgear bejn ir-ras u l-cushions. It-tnaqqis tal-ħsejjes se jiġi affettwat ħażin minn
kwalunkwe ħaġa li tfixkel is-siġill tal-earmuff cushions mar-ras, bħal frames ħoxnin tan-nuċċalijiet,
headdress, balaclavas, eċċ.
ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI GĦALL-UTENT
1 Il-headset għandu jiġi ffittjat, aġġustat u miżmum skont l-istruzzjonijiet f'dan il-manwal.
2 Il-headset għandu jintlibes il-ħin kollu f'postijiet storbjużi.
3 Il-headset għandu jiġi eżaminat regolarment għal manutenzjoni.
4 Il-headset għandu jitnaddaf u jiġi ddiżinfettat b'sapun ħafif u ilma sħun (b'biċċa mxarrba). Ma jridx
jiġi mgħaddas fl-ilma.
5 TWISSIJA! Għall-earmuffs, it-tnaqqis tal-ħsejjes se jiġi affettwat ħażin minn kwalunkwe ħaġa li
tfixkel is-siġill tal-earmuff cushions mar-ras, bħal frames ħoxnin tan-nuċċalijiet, balaclavas, eċċ.
6 TWISSIJA! L-earmuffs, u b'mod partikulari l-cushions, jistgħu jiddeterjoraw bl-użu, u għandhom
jiġu eżaminati f'intervalli frekwenti għal sinjali ta' xedd u kedd, pereżempju, xquq jew li l-ħsejjes ikunu
jinstemgħu. Cushions ta' sostituzzjoni huma disponibbli. Għas-sostituzzjoni tal-cushions, iġbed
il-qodma 'l barra b'attenzjoni, u poġġi l-ġodda f'posthom minflokhom. Ear cushions ġodda (Hygiene
kit) jistgħu jiġu ordnati mingħand id-distributur tiegħek ta' Honeywell jew mill-ħanut minn fejn xtrajt
l-earmuffs.
7 It-tqegħid tal-hygiene covers fuq il-cushions jista' jaffettwa l-prestazzjoni tal-attenwazzjoni tal-
earmuffs.
8 Qabel u wara l-użu, aħżen f'post xott. It-temperatura m'għandhiex taqbeż +55°C (130°F).
9 Il-prodott jista' jiġi affettwat ħażin minn ċerti sustanzi kimiċi. Aktar informazzjoni għandha tintalab
mingħand Honeywell.
10 TWISSIJA! Jekk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jiġux segwiti, il-protezzjoni u
l-funzjoni pprovduti mill-earmuffs tista' titnaqqas b'mod sever.
(C) KIF TĦADDEM IL-HEADSET - Kif tibda
Biex tixgħel/titfi l-headset (ON/OFF)
Aġġusta l-Volum hear-through
Aġġusta l-Master Volume
Istruzzjonijiet għall-utent
Żomm *
C1
Dawwar is- *
dial
C6
Dawwar is- *
dial
C5
2 sekondi
(Bluetooth u side-tone)
MT
48

Publicidad

loading