DeLonghi ALIDA IDRAULICO Manual De Instrucciones Para El Uso página 145

Toallero ventilado
Tabla de contenido

Publicidad

SIMBOLI UŻATI FIL-MANWAL
IMPORTANTI!
PERIKLU GĦAS-SIKUREZZA TA' PERSUNI, PETS
U OĠĠETTI.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' XOKK ELETTRIKU.
IMPORTANTI!
PERIKLU TA' ĦSARA LILL-APPARAT.
TWISSIJA
ATTENZJONI: Xi partijiet minn dan il-
prodott jistgħu jisħu ħafna u jikkaġunaw
ħruq. Attenzjoni partikolari għandha
tingħata meta tfal u persuni vulnerabbli
jkunu preżenti.
Tfal li għadhom m'għalqux it-3 snin
għandhom jinżammu 'l bogħod mit-towel
warmer kemm-il darba ma jkunux taħt
sorveljanza kontinwa.
Tfal li għandhom bejn it-3 snin u inqas
minn 8 snin jistgħu jixgħelu/jitfu l-apparat
biss kemm-il darba dan ikun tqiegħed
jew ġie installat fil-pożizzjoni ta' ħidma
normali maħsuba għalih u jkunu ngħataw
superviżjoni jew struzzjonijiet rigward
l-użu tal-apparat b'mod sikur u li jifhmu
l-perikli involuti. Tfal bejn it-3 u t-8 snin ma
jistgħux jiskonnettjaw, jirregolaw u jnaddfu
l-apparat jew iwettqu manutenzjoni tal-
utent. Dan l-apparat jista' jintuża minn
tfal mill-età ta' 8 snin u aktar u persuni li
għandhom kapaċitajiet fiżiċi, sensorjali jew
mentali mnaqqsa jew nuqqas a' esperjenza
u għerf jekk ikunu ngħataw superviżjoni
jew struzzjonijiet rigward l-użu tal-
apparat b'mod sikur u jifhmu l-perikli
involuti. It-tfal m'għandhomx jilgħabu
bl-apparat. It-tindif u l-manutenzjoni tal-
utent m'għandux isir minn tfal mingħajr
superviżjoni.
TWISSIJA:
Dan l-apparat hu disinnjat u magħmul
biss biex jixxotta xugamanu maħsula
bl-ilma biss. M'għandux jintuża għal
skopijiet oħra.
IMPORTANTI!
TEMPERATURI GĦOLJIN. RISKJU TA'
ĦRUQ.
SUĠĠERIMENTI GĦAL TĦADDIM
EFFIĊJENTI.
M'GĦANDEKX TGĦATTI L-APPARAT!
Qatt m'għandek tinstalla l-apparat:
- eżatt taħt jew quddiem sokit tad-dawl jew
junction box (Fig. 7)
- f'kuntatt mal-ħajt jew il-paviment
- qrib purtieri, materjal infjammabbli jew
kombustibbli jew reċipjenti taħt pressjoni.
TWISSIJA:
Irrispetta d-distanzi murija f'figuri 4, 5.
Sabiex jiġu evitati riskji lil tfal żgħar, installa
l-apparat bl-aktar element baxx tat-tisħin
tal-anqas 600 mm mill-art. (Fig. 5).
Installa u uża l-apparat kif deskritt f'dawn
l-istruzzjonijiet biss.
Jekk il-kejbil tal-provvista għandha l-ħsara,
din trid tinbidel mill-manifattur, l-aġent tas-
servizz jew persuni oħra kkwalifikati sabiex
tevita l-periklu. Qatt m'għandek tuża l-apparat
jekk il-kontrolli elettroniċi jkollhom il-ħsara.
Kun żgur li l-linja tad-dawl fissa tiġi mgħammra
bi swiċċ li jiskonnettja li jippermetti l-apparat
biex jiġi skonnettjat kompletament minn mal-
mejns tad-dar b'mod konformi mar-regoli ta'
tqegħid ta' wajers.
TWISSIJA:
Qatt m'għandek tgħatti b'xi mod it-tagħmir
tal-kontrolli. (Fig. 7)
TWISSIJA :
M'għandekx ixxekkel l-iżbokk u l-gradilji
tat-teħid tal-arja fuq il-ħiter bil-fann.
Dan jista' jikkaġuna l-apparat biex jisħon
iżżejjed.
Sabiex tarmi l-apparat, ikkonforma mal-
leġiżlazzjoni attwali għar-rimi u l-ġestjoni ta'
skart.
141
MT

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

Ghibli idraulicoAlicante idraulicoMadeira idraulico

Tabla de contenido