Eaton CROUSE-HINDS Serie Información Seguridad página 23

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 8
L-Istruzzjonijiet dwar is-Sigurtà tal-ATEX għall-medda ta' MTL7700 tal-
L-informazzjoni segwenti hi skond il-Kundizzjonijiet Essenzjali dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (Anness II) tad-Direttiva tal-
EU 2014/34/UE [id-Direttiva ATEX - sigurtà tal-apparat] u hi pprovduta għal dawk il-postijiet fejn id-Direttiva ATEX hi
applikabbli .
Ġenerali
a) Dan l-apparat jeħtieġ li jiġi installat, imħaddem u mantenut biss minn persuni kompetenti. Dawn il-persuni jeħtieġ
li jkunu ngħataw taħriġ, li jkun inkluda struzzjonijiet dwar it-tipi varji ta' protezzjoni u prattiċi ta' installazzjoni,
ir-regoli u r-regolamenti relevanti, u dwar il-prinċipji ġenerali taż-żona tal-klassifikazzjoni. Għandu jingħata taħriġ ta'
aġġornament adatt fuq bażi regolari. [Ara klawsola 4.2 ta' EN 60079-17].
b) Dan l-apparat ġie ddisinjat biex jipprovdi protezzjoni kontra l-perikli addizzjonali relevanti kollha imsemmija fl-Anness
II tad-direttiva, bħal ma huma dawk f'klawsola 1.2.7.
c) Dan l-apparat ġie ddisinjat biex josserva l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' EN 60079-11.
Installazzjoni
a) L-installazzjoni trid tikkonforma mar-regolamenti Ewropej, nazzjonali u lokali adatti, li jistgħu jinkludu referenza għall-
kodiċi ta' prattika IEC 60079-14. B'żieda ma' dan, industriji partikolari jew utenti finali jista' jkollhom kundizzjonijiet
speċifiċi relatati mas-sigurtà tal-installazzjoni tagħhom u dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu osservati wkoll. Għall-
parti l-kbira tal-installazzjonijiet, id-Direttiva 1999/92/KE [id-Direttiva ATEX - sigurtà fl-installazzjoni] hi applikabbli
wkoll .
b) Dan l-apparat hu apparat ta' l-elettriku assoċjat u normalment jintrama f'żona li fiha m'hemmx periklu (sikura).
Apparat speċifiku deskritt bħala konformi ma' Kategorija 3 jista' jiġi installat f'post ta' Żona 2 sakemm il-kundizzjonijiet
relevanti ta' l-installazzjonijiet ikunu osservati. Meta armat f'post ta' Żona 2, l-apparat irid jiġi pprovdut b'għeluq
sabiex joffri grad ta' protezzjoni aħajr għall-klassifikazzjoni taż-żona.
c) Jekk ma jkunx diġa' protett mid-disinn, dan l-apparat għandu jkun protett minn għeluq adatt kontra: ‫ ‏‬‎ i ) stress
mekkaniku u termiku aktar minn dawk permessi fid-dokumenti ta' ċertifikazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ii)sostanzi aggressivi, trab eċċessiv, indewwa u kontaminanti oħra.
Aqra wkoll il-Kondizzjonijiet Speċjali għal Użu Bla Periklu (taħt) għal kull informazzjoni addizzjonali jew aktar speċifika.
Kondizzjonijiet Speċjali ta' Użu Bla Periklu għal applikanti ta' Żona 2
a)
Meta wżat fiż-Żona 2, it-tagħmir għandu jiġi nstallat fi spazju magħluq jew f'ambjent lijipprovdi
livell ta' protezzjoni ta' mill-anqas IP54 u jissodisfa l-materjal rilevanti u r-rekwiżiti ambjentali ta'
EN 60079-0:2012 u EN 60079-15:2010 .
b)
L-apparat m'għandux jiddaħħal jew jitneħħa għajr meta:
i) iż-żona li fiha l-apparat hu installat hi magħrufa li ma hijiex perikoluża jew
ii) iċ-ċirkwit li hu mqabbad miegħu kien ġie mdgħajjef.
c)
Il-provvista 24V għal dan l-apparat għandha titnissel minn provvista ta' elettriku regolata konformi
mal-kondizzjonijiet meħtieġa tad-Direttivi tal-Komunità Ewropea.
d)
Il-kuntatti tar-rilej ta' MTL7741, MTL7742, MTL7743, MTL7744 u MTL7745 għandhom jaqilbu
mhux aktar minn 60Vac (75Vdc) f'ambjent ta' Żona 2.
Spezzjonijet u manutenzjoni
a) L-ispezzjonijiet u l-manutenzjoni għandhom isiru skond ir-regolamenti Ewropej, nazzjonali u lokali li jistgħu jirreferu
għall-istandards IEC 60079-17. Barra minn hekk, industriji speċifiċi jew utenti finali jista' jkollhom kondizzjonijiet
speċifiċi li għandhom jkunu osservati wkoll.
b) M'għandux ikun hemm aċċess għaċ-ċirkwit intern waqt it-tħaddim.
Tiswija
a) Dan il-prodott ma jistax jissewwa mill-utent u għandu jiġi sostitwit bi prodott ekwivalenti li jkun iċċertifikat.
Immarkar
Kull oġġett hu mmarkat b'konformità mad-Direttiva u mmarkat CE bin-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Korp Notifikat.
Din l-informazzjoni tapplika għall-prodotti MTL7700 manifatturati matul jew wara s-sena 2011.
INA7700 Rev 4
Ostakoli tas-Sigurtà tax-Shunt Diode
21

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

Mtl7700

Tabla de contenido