Telesteps Combi Manual Del Usuario página 98

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 36
6. Iċċekkja li t-tagħmir aħmar li jissakkar fil-parti ta' quddiem tas-sellum taħt kull skaluna ikun
viżibbli li jindika li s-sezzjoni hija msakkra.
7. Uża s-sellum Combi bħala sellum inklinat bil-parti li tintewa tas-sellum ta' wara tiddendel b'mod
liberu. Qiegħed is-sellum f'angolu ta' bejn 65-75 grad għallaħjar sikurezza.
Ċ – Biex tagħlaq is-sellum
Is-sellum Combi jinħall bl-użu tal-erba' klampi li jissakkru fil-qiegħ, li jinsabu taħt l-skaluni qrib tal-
aħħar f'kull naħa tas-sellum. Agħlaq kif ġej:
8. Naddaf is-sellum jekk meħtieġ (ara taħt).
9. Itwi ż-żewġ naħat tas-sellum Combi flimkien. Jekk is-sellum ikun intuża bħala sellum li jitmejjel,
inti għandek l-ewwel tħoll iċ-ċintorin bejn iż-żewġ ġogi tal-iskaluni ta' wara.
10. Żomm il-Combi wieqaf u serraħ ftit lil hinn minnek. Żomm it-tubi mhux l-iskaluni, sabiex inti
ma taqbadx subgħajk meta s-sellum jinfetaħ u jagħlaq.
11. L-ewwel iftaħ is-sezzjonijiet tal-iskaluni l-aktar lil hinn minnek billi tagħfas l-klampi li jsakkru
tal-qiegħ, waħda kull darba. Is-sezzjonijiet tal-iskaluni jinfetħu awtomatikament. Ser tħoss
il-mekkaniżmu li jissakkar jinħall bil-mod hekk kif is-sellum jintewa. Imbotta 'l ġewwa ż-żewġ
klampi li jissakkru ta' taħt fuq in-naħa tas-sellum Combi li huma l-eqreb tiegħek, bl-istess mod,
kif tiftaħ il-kumplament tas-sezzjonijiet tal-iskaluni. Is-sellum Combi issa m'għadux imsakkar.
12. Agħlaq is-sellum b'attenzjoni billi żżomm idejk it-tnejn fuq il-parant b'mod li ma taqbadx subgħajk.
Użu
• It-tagħbija massima totali hi ta' 150 kg.
• M'għandekx titla fuq l-aħħar metru tas-sellum teleskopiku.
• M'għandekx tuża s-sellum fuq uċuħ li mhumiex sodi.
• Tipprovax tilħaq aktar milli suppost
• M'għandekx tqiegħed sellum f'art imniġġza
• Massimu ta' persuna waħda fuq is-sellum fi kwalunkwe ħin.
• Kun wiċċek lejn is-sellum meta' titla' u tinżel.
• Ara li jkollok qabda tajba fuq is-sellum meta titla' u tinżel. Ibqa' żżomm idejk mal-maqbad waqt
li qed taħdem minfuq sellum jew ħu prekawzjonijiet addizzjonali ta' sikurezza jekk ma tistax.
• Evita xogħol li jimponi tagħbija fil-ġenb fuq slielem, bħal tħaffir fil-ġenb ġo materjal solidu
• M'għandekx iġġorr tagħmir li hu tqil jew diffiċli biex timmaniġġja waqt li qed tuża s-sellum.
• Ilbes żarbun adattat meta titla' sellum.
MT
• Is-slielem għandhom jintużaw biss għal xogħol ħafif ta' tul ta' żmien qasir (l-għeja hija riskju).
• M'għandekx tuża sellum fuq barra f'kundizzjonijiet ta' temp avvers, bħal riħ qawwi.
• Meta tqiegħed is-sellum ikkonsidra r-riskju ta' kolliżjoni mas-sellum eż. minn pedestrians, vetturi
jew bibien. Bibien ta' sikurezza (ħruġ f'każ ta' nirien) u twieqi meta possibbli fiż-żona ta' ħidma.
• Tużax is-sellum bħala pont.
• M'għandekx timmodifika d-diżinn tas-sellum.
• Iċċaqlaqx sellum meta tkun bil-wieqfa fuqu.
• M'għandekx tuża s-sellum għal xogħol maħmuġ jew f'ambjent maħmuġ. Jekk, pereżempju,
is-sellum jintuża għat-tqegħid ta' briks, biex jitqiegħed il-konkrit jew biex tiżbogħ, maż-żmien
jista' jkun diffiċli li żżommu nadif, li jimpedixxi l-funzjoni teleskopika.
• Dan is-sellum hu għall-użu professjonali.
• M'għandekx taqbeż mill-ġenb ta' sellum wieqaf fuq wiċċ ieħor.
• Iftaħ is-sellum kollu qabel ma' tuża
• Uża s-sellum bid-dispożittivi restrinġenti mqabbda biss.
• M'għandekx tieqaf fuq l-aħħar żewġ skaluni tas-sellum 'l isfel miċ-ċappetta ta' fuq tas-sellum wieqaf.

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

20138-601

Tabla de contenido