Telesteps Combi Manual Del Usuario página 99

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 36
Tindif
Għal raġunijiet ta' sikurezza u funzjonalità tas-sellum, il-paranti u l-iskaluni b'mod partikolari, għand-
hom dejjem jinżammu nodfa. Ħmieġ, trab tal-ħadid, dbabar taż-żebgħa, kolla, għandhom jintmesħu
qabel mas-sellum jingħalaq. Naddaf is-sellum billi tuża biċċa b'ammont żgħir ta' solvent. Jekk meħtieġ,
meta nadif, it-tubi teleskopiċi jistgħu jiġu trattati bi sprej tas-silikon. Isprejja fit-tubu u msaħ sakemm
jixxotta. Is-sellum dejjem għandu jinżamm xott sabiex it-trab ma jimpedixxix il-funzjonalità tiegħu.
Servizz u manutenzjoni
Kwalunkwe servis jew xogħol ta' tiswija għandu dejjem isir f'ħanut tax-xogħol tas-servis awtorizzat
li jistabilixxi azzjoni adattata f'kull każ individwali. Jekk jogħġbok ikkuntattja lproduttur jew forni-
tur għal servis u manutenzjoni.
Jekk is-saqajn tal-lastku jew it-tappijiet tat-truf qed jitherrew, ibdilhom għall-aħjar sikurezza.
Qatt m'għandek tuża s-sellum mingħajr saqajn tal-lastku (protezzjoni miż-żlieq) u t-tappijiet tat-truf
biex tevita li t-trab, laqx tal-metall jew simili milli jidħlu ġot-tubi. Saqajn ġodda/tappijiet tat-truf
jistgħu jinkisbu mingħand bejjiegħa bl-imnut. Spare parts oriġinali biss għandhom jintużaw għal
raġunijiet ta' sikurezza.
F'każ ta' manutenzjoni jew tiswija kkuntattja lill-bejjiegħ bl-imnut tiegħek biex issib il-post tal-eqreb
aġent awtorizzat fil-qrib.
Trasport u ħażna
Dejjem ġorr u ttrasporta s-sellum magħluq sew u b'mod kumpatt biex tipproteġi t-tubi teleskopiċi
minn kull ħsara li tista timpedixxi l-funzjonalità tas-sellum.
Is-sellum għandu jinħażen:
• 'Il bogħod minn żoni fejn il-kundizzjoni tiegħu jista' jiddeterjora aktar malajr
(pe. umdità, sħana eċċessiva, espost għall-elementi)
• Fejn ma tistax isirlu ħsara minn vetturi, oġġetti tqal jew kontaminanti.
• Fejn ma jistax ikun hemm xi periklu ta' tfixkil jew ostruzzjoni.
• Fejn ma jistax jiġi faċilment użat għal skopijiet kriminali.
• Pożizzjonat b'mod permanenti (eż. impalkatura), u/jew imqabbad ma' tixbit mhux awtorizzat (eż, mit-tfal)
Kundizzjonijiet tal-garanzija
Il-manifattur jiggarantixxi li l-prodott huwa ħieles minn materjal jew difetti filproduzzjoni. Jekk
il-materjal jew id-difetti fil-produzzjoni, jew il-ħsara hija
dovuta għal materjal jew id-difetti fil-produzzjoni, jew il-ħsara tista' tiġi provata
ix-xerrej hu intitolat li jkollu l-prodott imsewwi jew mibdul b'konformità mal-liġijiet lokali rigward
bejgħ ta' oġġetti tal-konsumatur fil-pajjiż tax-xiri.
ll-manifattur hu responsabbli għal difetti fil-prodott, għal sena waħda mid-data tax-xiri.
ll-manifattur mhux responsabbli għal difetti fil-prodott, jekk ikun ċar li d-difett mhux dovut minnu.
• Mhux qed jintuża kif deskritt fl-istruzzjonijiet.
• Ma jitnaddafx, ma jingħatax kura, mhux mantenut, maħżun jew trasportat b'konformità mal-istruzzjonijiet.
• Mhux mibni mill-ġdid, modifikat jew suġġettat għal ħsara barranija jew inċidenti, li ssirlu ħsara
mhux bi ħsieb minn kwalunkwe oġġett jew sustanza.
• Ikollok tagħbija aktar milli suppost
• Li jiġi msewwi minn aġent mhux awtorizzat jew jekk ma jintużawx spare parts oriġinali.
• Ma jitqiegħedx kif suppost.
Ix-xedd u l-kedd normali mhux ikkonsidrat bħala difett.
Il-prova tax-xiri trid tiġi ppreżentata għal kull talba ta' garanzija. Jekk ix-xerrej jixtieq jagħmel xi
talba rigward xi difett, il-bejjiegħ bl-imnut għandu javża dwar id-difett fi żmien raġonevoli minn
meta d-difett jiġi skopert, jew fil-perijodu ta' żmien regolat mill-pajjiż fejn inxtara.
MT

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

20138-601

Tabla de contenido