Malti
SM 322; DO 4 x 24 V/10 mA, 6ES7322-5SD00-0AB0,
minn Verżjoni 04 'il Fuq
Tagħrif fuq il-Prodott
Dan it-tagħrif fuq il-prodott fih indikazzjonijiet importanti għal meta tqabbad sinjali miż-żona fejn hemm
riskju ta' splużjoni (żona Ex) ma' l-SM 322; DO 4 x 24 V/10 mA
Aktar Tagħrif
Aktar tagħrif fuq il-modules, fuq kif tuża DM 370 u s-separatur Ex, kif ukoll fuq l-iżolazzjoni ta' wajers
minnhom innifishom żguri u dawk li m'humiex, jinstab fil-manwal ta' referenza S7-300, M7-300, ET 200M
Automation Systems, I/O Modules with Intrinsically-Safe Signals (Sistemi ta' Awtomatizzazzjoni S7-300,
M7-300, ET 200M, Modules Periferali Ex) (Parti mill-pakkett ta' dokumenti 6ES7 398-8RA00-8BA0).
Post ta' Manifattura
Siemens AG, Industry Sector, Postfach 1963, 92209 Amberg
Approvazzjoni
Nota
Modules bl-approvazzjoni
awtomatizzazzjoni SIMATIC S7-300 / ET 200M tal-kategorija 3. Jista' jitqabbad apparat elettriku
minnu nnifsu żgur għaż-żoni 1 u 2.
Manutenzjoni
Il-module diġitali m'għandux bżonn ta' manutenzjoni. Fil-każ li jkun hemm bżonn ta' tiswija, il-module
għandu jintbagħat fil-post ta' manifattura. It-tiswijiet jistgħu jsiru biss f'dan il-post.
Muntaġġ
•
Barra miż-żona fejn hemm riskju ta' splużjoni, il-module diġitali għandu jiġi mmontat ġewwa kaxxa
xierqa li tiggarantixxi protezzjoni mill-inqas tat-tip IP 20, skond EN 60529.
•
Ġewwa ż-żona fejn hemm riskju ta' splużjoni (żona 2), il-module diġitali għandu jiġi mmontat ġewwa
kaxxa xierqa li tiggarantixxi protezzjoni mill-inqas tat-tip IP 54, skond EN 60529, fil-waqt li trid taħseb
għall-kundizzjonijiet ambjentali ta' waqt l-użu. Irid ikun hemm dikjarazzjoni tal-manifatturier għall-kaxxa
għaż-żona 2 (skond EN 60079-15).
•
Jekk fil-kejbil, jew fil-kaxxa mad-daħla għall-kejbil, tintlaħaq temperatura ta' aktar minn 70 °C taħt
kundizzjonijiet ta' ħidma, jew jekk fil-post fejn jinfirdu l-wajers jista' jkun li hemm temperatura ta' aktar
minn 80 °C, il-kejbil irid ikollu proprjetajiet ta' temperatura xierqa għat-temperaturi tabilħaqq imkejjlin.
Biex Tibda Tħaddem is-Sistema
•
Wara l-installazzjoni tal-module diġitali, l-iżolazzjoni, wajers u konnessjonijiet ikkonċernati jridu
jikkonformaw mal-kundizzjonijiet mogħtija f'taqsima 6.4 skond EN 50020 – 1994.
•
Iridu jittieħdu miżuri biex il-vultaġġ nominali ma jitqabbiżx b'aktar minn 40% minħabba transitorji.
•
Meta tinstalla, għandek tuża ċ-ċejmber għall-wajers (6ES7 393-4AA00-0AA0), jew tikkrea firda ta' mill-
inqas 50 mm (thread length minimu) bejn iċ-ċirkwiti li m'humiex minnhom innifishom żguri billi ddaħħal
partizzjoni. Barra min hekk, it-terminals iridu jiġu iżolati iżjed (per eżempju b'tubu tat-tip li jinxtorob).
A5E00348722-03
II 3 (2) G Ex nA [ib] IIC T4
II 3 (2) G Ex nA [ib] IIC T4 jistgħu jintużaw biss ġewwa sistemi ta'
Malti