Descargar Imprimir esta página

Barbecook JOYA Manual página 45

Ocultar thumbs Ver también para JOYA:

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 14
TWISSIJA! Tużax alkoħol snaturat, petrol jew likwidi
oħra li jaqbdu biex tixgħel jew terġa' tixgħel l-apparat!
Trid tuża biss firelighters li jikkonformaw ma' EN 1860-3!
TWISSIJA! Tibdiex il-barbecue qabel ma l-faħam tal-
kannol ikun żviluppa saff ta' rmied. Ġeneralment hemm
bżonn madwar 15-il minuta għall-faħam tal-kannol u 30
minuta għall-briquettes.
4. Poġġi l-grill (Fig. 5a), u, jekk mixtieq, il-plancha plate (Fig. 5b)
fuq ir-reċipjent ta' ġewwa u ibda ggrilja.
6.
PARIRI U SUĠĠERIMENTI UTLI
6.1. Prevenzjoni tal-ikel milli jinħaraq
• Qatt m'għandek tibda tiggrilja meta jkun għad hemm fjammi
fl-iskutella tal-azzar inossidabbli. Stenna sakemm il-faħam
tal-kannol ikun mgħotti b'saff irqiq ta' rmied abjad.
6.2. Kif tipprevjeni l-ikel milli jeħel
Biex tevita li l-ikel tiegħek jeħel mal-gradilja:
• Idlek ftit żejt mal-ikel b'pinzell qabel tpoġġih fuq il-gradilja.
Tista' wkoll tidlek ftit żejt mal-gradilja nfisha.
• Idawwarx l-ikel malajr wisq. L-ewwel ħallih jisħon sewwa.
6.3. Prevenzjoni ta' fjammi kbar f'daqqa (flare-ups)
Flare-ups huma fjammi li jitilgħu għall-għarrieda mir-reċipjent
meta tkun qed tiggrilja. Ġeneralment dawn ikunu kkawżati mit-
taqtir tax-xaħam jew l-immarinar.
Jistgħu jirriżultaw fjammi kbar f'daqqa meta tkun qed tiggrilja.
Dan normali li jiġri. Madankollu, eċċess ta' fjammi kbar f'daqqa
jżid it-temperatura tar-reċipjent u jista' jqabbad ix-xaħam
akkumulat.
Kif tista' tipprevjeni fjammi kbar f'daqqa?
• Kun żgur li r-reċipjent ikun nadif qabel tibda tiggrilja.
Nirrakkomandaw li tnaddaf ir-reċipjent wara kull użu.
• Neħħi x-xaħam u l-immarinar żejjed mil-laħam. Tista' wkoll
tuża l-plancha plate fornut ma' dan l-apparat għal-laħam
immarinat.
7.
MANUTENZJONI TAL-APPARAT
1. Stenna sakemm in-nar jintefa kompletament u l-barbecue
jiksaħ totalment.
2. Biex tnaddaf ir-reċipjent ta' ġewwa tal-azzar inossidabbli u
l-gradilja tal-barbecue, uża wieħed mill-ħafna aċċessorji ta'
Barbecook. Uża sponża jew biċċa ċarruta ratba. Ir-reċipjent
ta' ġewwa tal-azzar inossidabbli u l-gradilja tal-barbecue
jistgħu jinħaslu fid-dishwasher.
3. Wara li jkun kesaħ kompletament, naddaf ir-reċipjent ta'
barra taċ-ċeramika b'ċarruta jew sponża u likwidu ħafif tal-
ħasil tal-platti. Tużax prodotti tat-tindif li joborxu jew sponoż li
joborxu jew tal-metall għax jistgħu jagħmlu ħsara lill-enamel.
4. Laħlaħ il-partijiet kollha sewwa u nixxifhom sew qabel taħżen
l-apparat.
8.
KIF TAĦŻEN L-APPARAT
Wara li l-apparat ikun kesaħ kompletament u ġie mnaddaf,
aħżnu ġewwa.
9.
ORDNI TA' SPARE PARTS
Partijiet li huma esposti għan-nar jew sħana intensa eventwal-
ment ikollhom bżonn jiġu ssostitwiti. Kif tordna l-ispare parts:
1. Sib in-numru ta' referenza tal-parti li għandek bżonn.
Hemm lista tan-numri ta' referenza kollha taħt id-dijagrammi
kompożittivi fit-tieni parti ta' din il-gwida u fuq www.
barbecook.com.
Jekk irreġistrajt l-apparat tiegħek online, il-lista t-tajba
tidher awtomatikament fil- kont MyBarbecook tiegħek.
Tista' wkoll tordna spare parts permezz tal-kont tiegħek.
2. Ordna l-ispare part permezz ta' www.barbecook.com jew
fil-punt tal-bejgħ tiegħek. Partijiet taħt garanzija jistgħu jiġu
ordnati biss permezz tal-punt tal-bejgħ tiegħek.
10. GARANZIJA
10.1. Kopert
L-apparat tiegħek għandu garanzija ta' sentejn, li tibda
mid-data tax-xiri. Din il-garanzija tkopri d-difetti kollha tal-
manifattura, sakemm:
• int tkun użajt, immuntajt u żammejt l-apparat tiegħek skont
l-istruzzjonijiet f'dan il-manwal. Ħsara li tirriżulta minn użu
ħażin, immuntar ħażin jew manutenzjoni ħażina mhix
meqjusa bħala difett tal-manifattura.
• Tista' tippreżenta l-irċevuta u n-numru tas-serje uniku tal-
apparat tiegħek. Dan in-numru tas-serje jikkonsisti f'16-il
ċifra. Se ssib dan in-numru:
- fuq dan il-manwal
- fuq l-imballaġġ li ġie mal-apparat tiegħek
- fil-qiegħ tas-sieq tal-apparat
• Id-dipartiment tal-kwalità ta' Barbecook se jikkonferma
li l-partijiet huma difettużi u li rriżultaw difettużi taħt użu
normali, immuntar korrett u manutenzjoni xierqa.
Jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix sodisfatta,
m'intix kopert mill-garanzija. Fil-każijiet kollha, il-garanzija hija
limitata għat-tiswija jew it-tibdil ta' partijiet difettużi.
10.2. Mhux kopert
Il-ħsara u d-difetti li ġejjin ma humiex koperti mill-garanzija:
• Tkagħbir bl-użu normali (sadid, deformazzjoni, tibdil fil-kuluri
eċċ.) ta' partijiet li huma direttament esposti għan-nar jew
sħana intensa. Dawn il-partijiet ikollhom jinbidlu minn żmien
għal żmien.
• Irregolaritajiet viżivi li huma inerenti fil- proċess tal-
manifattura. Dawn l-irregolaritajiet mhumiex meqjusa bħala
difetti tal-manifattura.
• Il-ħsara kollha kkawżata minn manutenzjoni inadegwata,
ħażna mhux korretta, immuntar ħażin jew modifiki
magħmula lill-partijiet immuntati minn qabel.
• Il-ħsara kollha kkawżata mill-użu ħażin tal-apparat (li ma
tużahx skont l-istruzzjonijiet f'dan il-manwal, li tużah għal
skopijiet kummerċjali, li tużah bħala basket tan-nar eċċ.).
• Il-ħsara konsegwenzjali kollha kkawżata minn użu traskurat
jew mhux konformi tal-apparat.
• Sadid jew tibdil fil-kulur bħala riżultat ta' fatturi esterni, użu
ta' prodotti aggressivi tat-tindif, esponimet għall-kloru eċċ.
Din il-ħsara mhix meqjusa bħala difett tal-manifattura.
• Miżuri preventivi speċjali għaċ-ċeramika (in-nuqqas ta'
konformità ma' dan li ġej mhuwiex kopert taħt il-garanzija):
Iċ-ċeramika magħmula bl-idejn tista' tfaqqa' maż-żmien
meta tkun esposta għal sħana kbira. Dan huwa inerenti
għall-prodott u ma jaqax taħt il-garanzija.
www.barbecook.com
45

Publicidad

loading

Este manual también es adecuado para:

Bc-cha-1066