Malti
Twissija dwar is-Sigurtà
AQRA L-INFORMAZZJONI KOLLHA DWAR IS-SIGURTÀ U L-ISTRUZZJONIJIET QABEL
TUŻA DAN IL-PRODOTT. Jekk ma ssegwix dawn b'mod korrett jista' jirriżulta f'XOKK
ELETTRIKU, SPLUŻJONI, NAR, ĠRIEĦI, MEWT jew ĦSARA FIL-PROPJETÀ.
•
Imfassal biex jiċċarġja batteriji konvenzjonali tal-aċidu taċ-ċomb ta' 12V (WET, MF, SMF,
CaCa, EFB, AGM u GEL) kif ukoll batteriji kompatibbli tal-litju biss (litju-jone u LiFePO4).
Dejjem irreferi għar-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur tal-batterija qabel ma tiċċarġja.
•
(Xi batteriji tal-litju-jone u batteriji LiFePO4 mhumiex adattati għall-iċċarġjar.
Għal tipi adatttati tal-litju, żgura ruħek li l-batterija hija kompatibbli ma' ċarġ ta' Vultaġġ ta'
•
14.5V.
Tiċċarġjax batterija tal-litju billi tuża settings għall-aċidu taċ-ċomb jew batterija tal-aċidu
•
taċ-ċomb fuq setting tal-litju.
Tiċċarġjax batteriji b'ċellula niexfa jew batteriji li ma jkunux jerġgħu jistgħu jiġu ċċarġjati
•
Huwa perikoluż li taħdem fil-viċinanzi ta' batterija tal-aċidu taċ-ċomb.
•
Gass li joħroġ waqt l-iċċarġjar huwa potenzjalment splussiv.
•
•
Żgura ruħek li jkun hemm ventilazzjoni adegwata għax gass li jiġi ġġenerat waqt
l-iċċarġjar jista' ikun potenzjalment splussiv jekk jitħalla jakkumula f'żona magħluqa.
Qatt tpejjep jew tħalli fjammi jew xrar fil-viċinanza taċ-ċarġer jew tal-batterija.
•
•
Timblukkax il-valv tal-batterija jew il-'vent ports'
Qatt tiċċarġja batterija ffriżata.
•
Evita l-użu fuq barra u l-espożizzjoni għal likwidi.
•
Uża biss aċċessorji pprovduti ma' dan iċ-ċarġer jew immanifatturati minn Yuasa għalih.
•
Splaggja mill-elettriku tal-mejn qabel ma jsir tindif ta' manutenzjoni.
•
•
Itfi l-elettriku tal-mejn qabel tagħmel jew taqta' konnessjonijiet mal/mill-batterija.
Evita l-użu ma' kejbil ta' estensjoni.
•
•
Tużaħx jekk twaqqgħu jew b'xi mod tagħmillu l-ħsara
Tużaħx jekk xi kejbils ikunu bil-ħsara.
•
•
Iżżarmax iċ-ċarġer.
M'għandux jintuża mit-tfal.
•
Neħħi ġojjelli jew oġġetti tal-metall personali qabel ma tmiss iċ-ċarġer jew il-batterija.
•
Struzzjonijiet dwar l-użu
Dan iċ-ċarġer huwa pprovdut b'għażliet ta' plaggs interkambjabbli għall-użu fir-RU u fl-UE.
Iċċekkjar qabel ma tiċċarġja u tal-livell tal-elettroliti
Iċċekkja l-livell tal-elettroliti tal-batterija (mhux meħtieġ fuq batteriji ssiġillati & li ma jkollhomx
bżonn manutenzjoni).
Jekk hemm bżonn, neħħi l-tappijiet tal-vent u żid ilma iddistillat sabiex il-livelli jkunu fin-nofs
bejn il-linji tal-mili ta' fuq nett u ta' isfel nett.
Iċċekkja l-buttuna tal-output tal-vultaġġ fuq iċ-ċarġer u żgura ruħek li ntgħażel il-vultaġġ
korrett.
130