IMPORTANTI! AQRA BIR-REQQA U ŻOMM GĦAL REFERENZA
FUTURA
Aqra l-istruzzjonijiet kollha qabel l-użu. Jekk ma ssegwix dawn it-twissijiet u struzzjonijiet, dan jista' jirriżulta
f'korriment serju jew mewt.
Helper tal-Kċina
TWISSIJA
IMPORTANTI: DEJJEM kun ċert(a) li l-prodott jitqiegħed 'il bogħod minn oġġetti jew apparati perikolużi, bħal stufa. It-tfal jaf ikollhom
aċċess għal kxaxen, wajers elettriċi, utensili u oġġetti oħra meta jintuża l-prodott. Oqgħod attent(a) li żżomm oġġetti perikolużi 'l
bogħod mit-tfal u qiegħed il-prodott 'il bogħod minn postijiet perikolużi bħal twieqi miftuħa.
Rakkomandat għall-etajiet: 2-7 snin.
Piż massimu: 45.4 kg. Mhux għall-użu mill-adulti.
• Dan il-prodott huwa maħsub għal tfal li jistgħu jidħlu u joħorġu mill-prodott huma stess (madwar 2-7 snin). Piż massimu: 45.4 kg.
• QATT tħalli lit-tifel jew lit-tifla waħidha. Hija meħtieġa superviżjoni tal-adulti.
• Ħalli tifel jew tifla waħda biss tuża l-prodott kull darba.
• Żomm il-pjattaforma nadifa u ħielsa minn likwidu. Huwa rrakkomandat li t-tfal ikunu lebsin żarbun adegwat meta jkunu qed jużawh.
• DEJJEM kun ċert(a) li l-prodott jinħażen fejn ma jkunx jista' jintlaħaq mit-tfal meta ma jkunx qed jintuża. It-tfal jaf ikollhom aċċess għal oġġetti
perikolużi mingħajr superviżjoni.
• Iddendilx jew tqabbadx xi oġġetti mal-poġġaman ta' lqugħ li mhumiex approvati minn Ergobaby.
• Dejjem uża l-prodott fuq uċuħ ċatti, uniformi u orizzontali. Tgħollix il-prodott billi tpoġġih fuq kwalunkwe struttura jew mejda.
• Żomm it-tfal 'il bogħod mill-prodott meta tiftħu u tagħlqu biex tevita korriment.
• Dan il-prodott mhuwiex ġugarell. Tħallix lit-tfal jilagħbu bil-prodott, jitilgħu fuqu jew jużaw il-prodott f'pożizzjoni li mhijiex irrakkomandata.
• Tużax il-prodott sakemm il-komponenti kollha ma jkunux imwaħħla u aġġustati b'mod korrett.
• Żomm il-komponenti kollha li ma jkunux qed jintużaw fejn ma jkunux jistgħu jintlaħqu mit-tfal.
• Tużax il-prodott jekk xi parti tinkiser jew tkun nieqsa, sakemm dan jiġi msewwi jew sostitwit. Ikkuntattja lil Ergobaby għall-partijiet ta' sosti-
tuzzjoni.
41
Tindif, Kura u Manutenzjoni
Oġġetti ibsin: Imsaħ b'biċċa niedja nadifa. Uża biċċa niexfa biex tneħħi l-ilma jew l-umdità żejda. Oqgħod attent(a) ħafna li l-uċuħ tal-injam
ikunu kemm jista' jkun nixfin wara t-tindif. Aħna nirrakkomandaw li ma jintuża l-ebda deterġent jew sustanza kimika biex jitnaddaf il-prodott.
Manutenzjoni: Spezzjona b'mod regolari l-prodott u kun ċert(a) li l-hardware kollu jkun issikkat u maqful b'mod sikur.
Ħżin: Meta ma jkunx qed jintuża, aħżnu 'l bogħod mid-dawl tax-xemx dirett peress li dan jaf jiċċara l-kuluri jew jikkawża difetti.
42