Descargar Imprimir esta página

3M Protecta Viper LT Serie Manual De Instrucciones Del Usuario página 156

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 54
5.0
SPEZZJONI
5.1
FREKWENZA TA' SPEZZJONI: It-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel għandhom jiġu spezzjonati f'intervalli kif definiti
fit-Taqsima 2. Il-proċeduri tal-ispezzjoni huma spjegati fir-"Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni" (Tabella 2) .
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza
;
ta' spezzjonijiet.
5.2
KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI: Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew
difettuża, neħħi t-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel mis-servizz minnufih u eqirdu biex tevita l-użu aċċidentali. It-Tagħmir ta'
Qbid b'Ħabel u l-Ħbula ma jistgħux jiġi msewwija.
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tat-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel) u l-Ħbula tat-3M hija determinata mill-
kundizzjonijiet tax-xogħol u l-manutenzjoni. It-tul ta' ħajja massima tista' tinfirex fuq medda ta' sena waħda (1) għal
użu qawwi f'kundizzjonijiet estremi sa 10 snin għal użu ħafif f'kundizzjonijiet moderati. Sakemm il-prodott jgħaddi
mill-kriterji tal-ispezzjonijiet, jista' jibqa' jintuża fix-xogħol sa massimu ta' 10 snin.
6.0 MANUTENZJONI, SERVICE, ĦAŻNA U TRASPORT
6.1
TINDIF: Naddaf it-tagħmir ta' qbid b'ħabel u l-linja tas-salvataġġ b'soluzzjoni ta' ilma u sapun ħafif. Ixxotta l-partijiet
tal-hardware b'ċarruta nadifa u niexfa u dendel biex tnixxef għall-arja. Tipprovax tnixxef malajr bl-użu tas-sħana.
Akkumulazzjoni eċċessiva ta' ħmieġ, żebgħa, eċċ. jista' jkun li ma tħallix lit-tagħmir ta' qbid b'ħabel jew lil-linja tas-
salvataġġ jaħdmu tajjeb, u f'każi severi jirriżultaw f'degradazzjoni tat-tagħmir ta' qbid b'ħabel jew il-ħabel sal-punt
li dawn jiddgħajfu u jridu jitneħħew mis-servizz. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-kundizzjoni tat-tagħmir ta'
qbid b'ħabel jew il-linja tas-salvataġġ, jew għandek xi dubju dwar kif tpoġġihom fis-servizz, ikkuntattja lil 3M Fall
Protection.
6.2
SERVICE: It-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel ma jistgħux jiġu msewwija. Jekk it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel
kienu soġġetti għal forzi ta' waqgħat, jew l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi t-Tagħmir ta'
Qbid b'Ħabel mis-servizz u armih. Ara Sezzjoni 5.1 għall-frekwenza ta' spezzjoni:
6.3
ĦAŻNA/TRASPORT: Aħżen u ttrasporta it-tagħmir ta' qbid b'ħabel u l-linja tas-salvataġġ f'ambjent frisk, xott u
nadif 'il barra mir-raġġi diretti tax-xemx. Evita spazji fejn jista' jkun hemm fwar kimiku. Spezzjona t-tagħmir ta' qbid
b'ħabel u l-linja tas-salvataġġ bir-reqqa wara kull perjodu ta' ħażna fit-tul.
7.0
MARKI
7.1
Figura 12 turi tikketti tal-prodotti fuq it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u l-Ħabel. It-tikkettar kollu għandu jkun fil-post u
f'kundizzjoni li jinqraw b'mod tajjeb.
Post: It-tikketta bil-marki tinsab fuq it-Tagħmir ta' Qbid b'Ħabel u taħt ix-shrink tube fuq il-Ħabel.
L-informazzjoni fuq kull tikketta hija kif ġej:
Ara Figura 12:
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
Deskrizzjoni
Numru tal-mudell
Numru tas-serje
Numru tal-lott
Indirizz tal-Manifattur
Ara l-Istruzzjonijiet
Standard Ewrope
Marka ta' Konformità Ewropea CE
Numru tal-Korp notifikat li se jwettaq il-Konformità mat-tip
Tul
Xahar tal-manifattura
Sena tal-manifattura
Indirizz tal-Web tal-Manifattur
Uża ma' Ħabel tal-Linja tas-Salvataġġ b'dijametru ta' 12.5 mm (~1/2" in.) ta' 3M Biss
Kapaċità
156

Publicidad

loading