Descargar Imprimir esta página

Kettler Speedy 12.5 Manual De Instrucciones página 45

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 15
– MT –
skorretta jew alterazzjoni (tneħħija ta' partijiet oriġinali, żieda ta' komponenti
oħra, eċċ) tista' tkun ta' perikolu għall-utent.
Komponenti difettużi jistgħu jipperikolaw is-sigurtà ta' l-utent u jikkompro-
mettu l-ħajja tal-vettura. Iċċekkja l-komponenti kollha regolarment u f' inter-
valli qosra (skond kemm spiss jintuża l-prodott) għal ħsarat possibbli u għal
konnessjonijiet maħlula (viti, konnetturi, eċċ.
Ibdel dawk il-komponenti difettużi/mikula immedjatament u warrab il-prodott
mill-użu sakemm issir it-tiswija meħtieġa. Jistgħu inkella jinħalqu ħsarat/peri-
kli mhux previsti. Skond il-ħtieġa għandhom dejjem jintużaw partijiet oriġinali
KETTLER!
Kull tiswija skorretta jew alterazzjoni (tneħħija ta 'partijiet oriġinali, żdieda ta '
komponenti oħra, eċċ) tista' tkun ta' perikolu għall-utent u tikkomprometti l-
ħajja tal-prodott.
Ftakar li meta jintużaw bandli, strutturi tal-logħob għat-tixbit, triċikli, eċċ jeż-
isti dejjem ir-riskju ta' waqgħat, tfixkil, eċċ għall-utent.
Billi din il-vettura tat-tfal ma ġietx maħsuba għal veloċitajiet ogħlja, ma għan-
dek qatt tqabbadha ma' vetturi oħra, tagħmir sportiv u ma' ebda tagħmir ta'
trazzjoni ieħor.
Żomm f' moħħok li ta' spiss it-tfal jkunu għadhom ma jistgħux jevalwaw la l-
kapaċitajiet tagħhom stess u lanqas sitwazzjonijiet speċifiċi (perikolużi). Ftakar
ukoll li minħabba l-istint avventuruż u t-temperament naturali tat-tfal, dawn
jistgħu jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet imprevedibbli li ma jaqgħux taħt ir-re-
sponsabbiltà tal-manifattur.
Il-vettura tat-tfal hija ġugarell bla dawl. L-użu fid-dlam huwa perikoluż.
Waqt l-asseblaġġ oqgħod attent li ssegwi l-valuri rakkomandati dwar it-torque
(
= xx Nm).
Użu
Qabel kull użu ivverifika li sew il-viti u l-konnessjonijiet, kif ukoll l-apparat pro-
tettiv ikunu dejjem maqbuda u ssikkati sew.
Avża lit-tfal fl-użu korrett tal-prodott, u iġbed l-attenzjoni tagħhom għall-pe-
rikli possibbli.
Il-vettura tat-tfal ma għandhiex l-hekk imsemmi brejk ta' l-ipparkjar. Għalhekk
iżgura li l-vettura ma tirrolljax. Tħalli qatt tfal li jkunu għadhom ma ħadux il-
kontroll totali u indipendenti tal-vettura waħedhom magħha.
Jekk dan il-prodott jista' jiġi aġġustat jekk jogħġbok adattah għat-tul tat-
tifel/tifla tiegħek.
Iġġorr xejn fuq din il-vettura.
Għat-tindif u l-kura tal-ġugarell uża biss prodotti ħfief u mhux kawstiċi li jir-
rispettaw l-ambjent.
Illubrika l-ball bearings ta' l-istering u tar-roti kull trimestru bi ftit qtar żejt.
45

Publicidad

loading

Este manual también es adecuado para:

0t04025