Descargar Imprimir esta página

Keba KeContact T10 Instrucciones Breves página 33

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 14
!
TWISSIJA
Riskju ta' ħsara lill-materjal!
 Qatt m'għandek tnaddaf it-tagħmir b'solventi aggressivi u aġenti tat-tindif, materjali li joborxu, ġettijiet tal-ilma
(pajp tal-ġnien, tagħmir għall-ħasil bi pressa għolja, eċċ.) jew bi pressa eċċessiva.
Meta tinstalla t-tagħmir, osserva n-noti li ġejjin:
 Jekk it-tagħmir jiġi installat fuq barra, il-kaver tal-kaxxa tat-terminali m'għandux jinfetaħ f'temp ħażin (xita, riħ,
borra, eċċ.).
 It-tagħmir għandu jiġi installat vertikalment u mingħajr inklinazzjoni fuq ħajt kompletament livell jew fuq pedestall;
il-parti ta' wara tal-istazzjon tal-iċċarġjar għandha tkun protetta minn kull naħa.
 It-toqob tal-installazzjoni jistgħu jittaqqbu biss minn speċjalista awtorizzat li jikkonforma mar-regoli ta' sigurtà. Il-
kejbil tal-provvista m'għandux jiġi danneġġat taħt l-ebda ċirkostanza.
 Meta tikkonnettja u tqabbad il-wajers tat-tagħmir, iżgura li l-parti tal-konnessjonijiet tkun nadifa sabiex ma jidħolx
ħmieġ (fdalijiet ta' wajers, eċċ.) fit-tagħmir.
 Ix-xaqq bejn il-ħajt/pedestall u t-tagħmir m'għandux jiġi ssiġillat bis-silikon. L-ilma jrid ikun jista' joħroġ minn wara
t-tagħmir.
 It-tagħmir m'għandux jintuża bħala għajnuna biex tixxabbat fuqu.
Kriterji ġenerali għall-għażla tas-sit
 Osserva l-kundizzjonijiet ambjentali permissibbli (ara t-taqsima "Informazzjoni teknika" fil-istruzzjonijiet
operattivi).
 Osserva r-regolamenti lokali għall-installazzjonijiet elettriċi, il-miżuri ta' prevenzjoni tan-nar u r-regolamenti ta'
prevenzjoni ta' inċidenti kif ukoll ir-rotot ta' evakwazzjoni mis-sit.
 It-tagħmir m'għandux jiġi installat f'żoni potenzjalment splussivi (ambjent EX), u għandhom ukoll jiġu evitati ż-żoni
partikolarment perikolużi (fejn hemm riskju ta' għargħar, valangi tat-tajn/tal-ġebel, valangi tal-borra, eċċ.).
 It-tagħmir m'għandux jiġi installat maġenb materjali li jistgħu jaqbdu n-nar.
 It-tagħmir jista' jiġi installat biss għall-użu f'post stazzjonarju.
 Installa t-tagħmir bit-tali mod li ma jostakolax il-passaġġ tan-nies.
 It-tagħmir m'għandux jiġi installat fejn ikun espost għall-ammonja jew gassijiet tal-ammonja (eż. fi stalel jew
maġenbhom).
 Il-wiċċ tal-immuntar għandu jkun robust biżżejjed biex jiflaħ għall-istress mekkaniku.
 It-tagħmir m'għandux jiġi installat f'postijiet fejn jistgħu jaqgħu xi oġġetti (eż. slielem jew tajers tal-karozzi
mdendlin) fuqu u jikkawżawlu l-ħsara.
 It-tagħmir m'għandux jiġi espost għal ġettijiet tal-ilma diretti (eż. minn sistemi manwali ta' ħasil tal-karozzi li
jinsabu viċin, tagħmir għat-tindif bi pressjoni għolja, pajp tal-ilma tal-ġnien).
 It-tagħmir għandu kemm jista' jkun jiġi protett mix-xita diretta u mix-xemx diretta.
 Segwi l-istandards u r-regolamenti nazzjonali għall-installaturi.
Rimi
TWISSIJA!
Jekk jogħġbok osserva r-regolamenti għar-rimi ta' tagħmir elettriku u elettroniku.
MT
32

Publicidad

loading

Productos relacionados para Keba KeContact T10