Panasonic CF-W7 Serie Manual De Instrucciones página 125

Ocultar thumbs Ver también para CF-W7 Serie:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 31
Prekawzjonijiet
DAN IL-PRODOTT M'HUWIEX MAĦSUB SABIEX JINTUŻA
BĦALA, JEW BĦALA PARTI MINN, APPARAT/ SISTEMI
NUKLEARI, APPARAT/SISTEMI TA' KONTROLL
TAT-TRAFFIKU TA' L-ARJA, JEW APPARAT/SISTEMI
F'KABINI TA' L-AJRUPLANI. PANASONIC M'HIEX
RESPONSABBLI GĦAL KWALUNKWE ĦSARA/OBBLIGU LI
TISTA' TIRRIŻULTA MILL-UŻU TA' DAN IL-PRODOTT JEKK
ISIR UŻU MINNU HEKK KIF IMSEMMI FUQ.
*1
APPARAT/SISTEMI F'KABINI TA' L-AJRUPLANI jinkludu Sistemi
ta' Electrical Flight Bag (EFB) ta' Klassi 2 u Sistemi ta' EFB ta'
Klassi 1 meta wżati matul fażijiet kritiċi tat-titjira (eż. matul take-
off u nżul) u/jew installati abbord l-ajruplan. Sistemi ta' EFB ta'
Klassi 1 u Sistemi ta' EFB ta' Klassi 2 huma definiti mill-FAA: AC
(Advisory Circular - Ċirkolari Konsultattiva) 120-76A jew JAA:
JAA TGL (Temporary Guidance Leaflets - Fuljetti ta' Gwida Tem-
poranja) Nru.36.
Panasonic ma tista' tiggarantixxi ebda speċifikazzjoni,
teknoloġiji, affidabbiltà, rekwiżiti dwar sigurtà (eż. Teħid
ta' Nar/Duħħan/Tossiċità/Emissjoni tal-Frekwenzi tar-
Radju, eċċ.) relatati ma' standards ta' l-avjazzjoni li
jaqbżu l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti COTS (Com-
mercial-Off-The-Shelf - Kummerċjali li ma jinkisbux
minn fuq l-ixkaffa) tagħna.
Dan il-kompjuter mhuwiex intenzjonat sabiex jintuża
f'apparat mediku, inkluż sistemi tal-life-support, sistemi ta'
l-air traffic control, jew apparat, strumenti jew sistemi
oħrajn inkluż dawk involuti biex jiżguraw is-sigurtà jew il-
ħajja tal-bniedem. Panasonic ma tistax tinżamm respons-
abbli għal kwalunkwe ħsara jew telf li jirriżulta mill-użu ta'
dan il-kompjuter f'dan it-tip ta' tagħmir, strumenti jew
sistemi, eċċ.
Jekk il-Prodott ma Jaħdimx Tajjeb, Aqla' l-Plakka AC u
l-Battery Pack Immedjatment
• Dan il-prodott għandu ħsara
• Daħal oġġett barrani ġo dan il-prodott
• Ħareġ id-duħħan
• Ħarġet riħa mhux tas-soltu minnu
• Jaħraq b'mod mhux tas-soltu
Jekk tkompli tuża dan il-prodott waqt li xi waħda mill-kun-
dizzjonijiet t'hawn fuq tkun preżenti, dan jista' jirriżulta
f'nar jew f'xokk elettriku.
• Jekk il-prodott ma jaħdimx sewwa, itfih u aqla' l-plakka
AC, u mbagħad neħħi l-battery pack. Wara, ikkuntattja
lill-uffiċċju ta' appoġġ tekniku tiegħek.
Tmissx Dan il-Prodott u l-Kejbil Meta Jkun ir-Ragħad
Tista' tieħu xokk elettriku.
Tikkonnettjax l-AC Adaptor ma' Sors ta' Enerġija Ħlief
ma' Plakka Standard Domestiku AC tal-Ħajt
Inkella, jista' jirriżulta nar minħabba sħana żejda. Jekk
tqabbad DC/AC converter (inverter), dan jista' jagħmel
ħsara lill-AC adaptor. Fuq ajruplan, ikkonnettja biss l-AC
adaptor/charger ma' AC outlet speċifikament approvat
għal dan l-użu.
Tagħmel Xejn Li Jista' Jagħmel Ħsara lill-Wajer AC,
lill-AC Plakka, jew lill-AC Adaptor
Tagħmilx ħsara jew timmodifikax il-wajer, tpoġġihx qrib
għodda taħraq, tgħawwġux, tilwihx, u tiġbdux bil-forza,
tpoġġix oġġetti tqal fuqu, u tkebbux issikkat iżżejjed.
Jekk tkompli tuża wajer li jkun fih il-ħsara, dan jista' jir-
*1
riżulta f'nar, f'xort, jew f'xokk elettriku.
Tiġbidx u Iddaħħalx il-Plakka AC Jekk Idejk Ikunu
Mxarrbin
Tista' tieħu xokk elettriku.
Naddaf it-Trab u Ħmieġ Ieħor minn fuq il-Plakka AC
Regolarment
Jekk trab jew ħmieg ieħor jew umdità, eċċ. jakkumulaw
fuq il-plakka, dawn jistgħu jikkawżaw difett fl-insulazzjoni,
li jista' jirriżulta f'nar.
• Aqla' l-plakka, u imsaħha b'biċċa drapp xotta.
Aqla' l-plakka jekk il-kompjuter ma jkunx ser jintuża għal
żmien twil.
Daħħal l-AC Plakka b'Mod Komplet
Jekk il-plakka ma tiddaħħalx kompletament, dan jista' jir-
riżulta f'nar jew f'xokk elettriku minħabba sħana żejda.
• Tużax plakka li jkun fiha l-ħsara jew plakka tal-ħajt li ma
39-Mt-1
tkunx imwaħħla tajjeb.
Tpoġġix Kontenituri ta' Likwidu jew Oġġetti tal-Metall
fuq Dan il-Prodott
Jekk jixxerred l-ilma jew xi likwidu ieħor, jew jekk paper
clips, muniti jew oġġetti barranin jidħlu ġo dan il-prodott,
nar jew xokk elettriku jista' jirriżulta.
• Jekk ixxerred l-ilma ġol-keyboard, irreferi għall-fuljett "If You
Spill Water on the Keyboard". Jekk oġġetti barranin oħrajn
jidħlu ġewwa, għandek titfi l-kompjuter immedjatament u
għandek taqla' l-plakka AC u tneħħi l-battery pack. Wara,
ikkuntattja lill-uffiċċju ta' appoġġ tekniku tiegħek.
Iżżarmax Dan il-Prodott
Hemm partijiet ta' vultaġġ għoli ġo fih li jistgħu jagħtuk
xokk elettriku jekk tmiss magħhom. Tmissx il-pinns u cir-
cuit boards li hemm ġo fih, u tħallix oġġetti barranin jidħlu
ġewwa.
Barra minn hekk, l-immudellar mill-ġdid jew iż-żarmar
jistgħu jikkawżaw nar.
Żomm il-Kards tal-Memorja SD 'il Bogħod minn Trabi
u Tfal Żgħar
Bligħ aċċidentali ser jirriżulta f'korriment.
F'każ ta' bligħ aċċidentali, ara tabib immedjatament.
Tpoġġix Dan il-Prodott Fuq Uċuħ Instabbli
Jekk jintilef il-bilanċ, dan il-prodott jista' jaqa', u jirriżulta
f'korriment.
Evita li Tpoġġi Tagħmir Fuq Xulxin
Jekk jintilef il-bilanċ, dan il-prodott jista' jaqa', u jirriżulta
f'korriment.
M'għandekx Iżżomm Dan il-Prodott Fejn Ikun Hemm
Ħafna Ilma, Umdità, Fwar, Trab, Fwar Żejtnija, eċċ.
Inkella, dan jista' possibbilment jirriżulta f'nar jew f'xokk
elettriku.
Tħallix Dan il-Prodott f'Ambjent li Jkun Fih Temperatura
Għolja, Bħal f'xi Karozza għax-Xemx, għal Ħin Twil
125

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

Cf-y7 serie

Tabla de contenido