16
Malti
Grazzi talli għażilt elmu ta' O'Neal.
L-elmi tagħna huma manifatturati skont l-aħħar teknoloġija u huma speċifikament infassla għal ċiklisti
bil-pedali. Dan il-prodott jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti bl-Istandard Ewropew EN 1078 2012+A1:2012
‚Elmi għal ċiklisti bil-pedali u għal utenti ta' skateboarders u b'roller skates' u huwa attestat b'CE b'konformità
mar-Regolament 425/2016/UE bħala Tagħmir Personali Protettiv.
TWISSIJA:
L-elmu m'għandux jintuża minn tfal waqt li jkunu qed jixxabtu jew qed jagħmlu attivitajiet oħra fejn ikun hemm
riskju ta' strangolazzjoni/dendil jekk it-tifel jew tifla jiġi maqbud bl-elmu.
Il-funzjoni tal-elmi hu li jassorbi l-impatti u d-daqqiet li jistgħu jseħħu waqt l-irkib permezz ta' distruzzjoni
parzjali tal-qoxra EPS li tiddampja fuq ġewwa. Għas-sikurezza tiegħek uża elmu xieraq waqt l-irkib. Dan
inaqqas ir-riskju ta' ġrieħi, imma l-ebda elmu ma jista' jipproteġi l-utent kontra kull impatt possibbli.
TQEGĦID
Għal protezzjoni xierqa, dan l-elmu irid joqgħod sew u jinqafel b'mod sikur.
Aħna nirrakomandaw li tipprova daqsijiet diversi u tagħżel dak li fih tħoss li rasek hija sikura u komda. Elmi
tan-nofs qoxra ġeneralment qed jiġu fornuti b'inforri addizzjonali fuq ġewwa b'żewġ daqsijiet ta' ħxuna
ikuttunata.
Tista' faċilment tneħħi kuxxinett u tqiegħed ieħor ta' daqs differenti minfloku. Dan jippermettilek taġġusta aħjar
individwalment l-elmu fuq rasek.
Qabel ma jintuża l-elmu għandu jiġi aġġustat korrettament biex jiġi tajjeb lill-utent. Ħu ħsieb li taġġusta
ċ-ċineg u l-bokkla sabiex it-tnejn ikunu komdi u fermi b'mod li l-widnejn ma jgħattux iċ-ċineg u l-bokkla tkun
pożizzjonata mbegħda mill-għadma tax-xedaq.
Qiegħed l-elmu f'mod u manjiera li joqgħod sew fuq rasek bil-biċċa ta' quddiem ftit ċentimetri ‚l fuq mill-
ħuġbejn, l-aktar fin-nofs bejn il-ħuġbejn u l-linja tax-xagħar.
MANUTENZJONI
Elmu suġġett għall-impatt sever għandu jiġi skartat u meqrud.
Żebgħa, stikers, petrol jew solventi oħra u/jew xi modifikazzjoni oħra huma perikolużi ħafna peress
li l-prestazzjoni oriġinali tas-sigurtà tal-elmu taf tiġi kompromessa. Għal skop ta' manutenzjoni, uża
esklussivament spare parts oriġinali ta' O'Neal.
KURA GĦALL-ELMU. Uża sponża bl-ilma fietel u sapun ħafif biex tnaddaf il-qoxra. L-inforra ta' ġewwa li
tinqala' tista' tinħasel bl-idejn f'temperatura massima ta' 30°C b'ilma u s-sapun ħafif biss.
Ħalli l-elmu u l-komponenti jinxfu f'temperatura tal-kamra f'post b'kurrenti għadejja, billi tevita s-sħana u
l-esponiment dirett tad-dawl tax-xemx.
Meta ma tkunx qed tużah żomm l-elmu f'post xott u tesponix għal temperaturi estremi speċjalment f'żona
magħluqa bħall-ixkaffa ta' wara ta' vettura.
KEMM IDUM TAJJEB IL-PRODOTT: Iż-żmien medju kemm idum tajjeb il-prodott, nassumu użu korrett, hu ta'
madwar 4 snin minn meta jinxtara u 6 snin mid-data ta' produzzjoni.
Huwa rakkomandat li tuża l-kaxxa tal-kartun oriġinali biex iġġorr il-prodott.
VALIDITÀ
O'Neal tiggarantixxi esklussivament l-elmu u l-komponenti tiegħu għal perijodu ta' sentejn mid-data tax-xiri
rigward difetti ta' konformità.
IMMARKAR SINJIFIKANTI (EŻEMPJU)
Jikkonforma mal-Istandard Ewropew:
Elmu għaċ-ċiklisti tal-pedalu u għal
utenti tal-iskateboard u ta' roller skates
Isem il-manifattur:
Mudell tal-elmu:
Ċirkonferenza tar-ras f'ċentimetri:
Piż tal-elmu:
Xahar u sena ta' produzzjoni:
Manifattur:
O'Neal Europe GmbH & Co. KG
Erich-Blum-Str. 33 | 71665 Vaihingen / Enz | IL-ĠERMANJA
Kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE tista' tiġi aċċessjata fuq is-sit elettroniku f''http://oneal.eu/docsdownload/'.
MANWAL TAL-UTENT TA' O'NEAL
European Standard EN 1078:2012+A1:2012
Helmets for pedal cyclists and for users of skateboards and roller skates
Manufacturer: O'Neal
Model: Dirt
Size: 52-54cm
Weight: 340gr
Manufactured: Jan.2016