Malti
Meta tkun qiegħed tiwwajerja, oqgħod attent li tifred sew
wajers li huma minnhom innifishom żguri minn ma' dawk li
m'humiex. Wajers li huma minnhom innifishom żguri
m'għandhomx jagħtu għal ġo l-istess kanal għall-kejbil
flimkien ma' wajers li m'humiex.
Qabbad il-vultaġġ ta' alimentazzjoni ta' AC 120/230 V mat-
terminal module TM-PS-A UC/TM-PS-B UC (terminal
L1 / N). Il-bilanċjatur ta' potenzjali PA (skond
EN 60 079-14) trid tqabbdu mat-terminal PA.
Tagħrif dettaljat fuq l-ippjanar tat-terminals għall-
konnessjonijiet jinstab fil-manwal ET 200iSP Distributed
I/O (Device Periferali Deċentralizzat ET 200iSP).
Periklu
Żona 1/ 2 u fejn m'hemmx periklu: Tista' tneħħi jew
taqta' ċ-ċirkwiti għall-vultaġġ ta' alimentazzjoni tal-Power
Supply PS AC120/230V fit-terminal module TM-PS-A
UC/TM-PS-B UC f'żona 1/ 2 u fejn m'hemmx periklu biss
meta m'hemmx vultaġġi mqabbdin.
Iffittjar b'Komponenti
Ġewwa ż-żoni 1 u 2, il-module ta' alimentazzjoni PS jista'
jitneħħa u jitwaħħal anke meta tkun mixgħula s-sistema.
Inti u tagħmel hekk, tista' tiftaħ il-kaxxa (Ex e / IP 54) fejn
jinstab l-ET 200iSP biss għal żmien qasir (ara l-manwal
ET 200iSP).
Biex tibda tħaddem is-sistema
Meta tibda tħaddem is-sistema, għandek timxi mar-
regolamenti nazzjonali.
Meta tkun qiegħed tiċċekkja l-funzjonalità, għandek timxi
mad-direttivi skond EN 60 079-17. Dan l-istandard jinkludi r-
regolamenti ta' l-istandard internazzjonali skond
IEC 60 079-17.
A5E02433496-01
Malti