Spjegazzjoni tas-simboli
Simboli fil-manwal
Aqra u ifhem it-tikketti u l-manwal
tal-għodda. Jekk tonqos milli ssegwi
t-twissijiet dan jista' jwassal għal
korriment serju.
L-operaturi u persuni oħra fiż-żona
tax-xogħol għandhom jilbsu protezzjoni
għall-għajnejn reżistenti għall-impatti
b'ilqugħ ġnubijiet.
L-operaturi u persuni oħra li jaħdmu
fiż-żona tax-xogħol għandhom jilbsu
protezzjoni għas-smigħ.
Huwa rrakkomandat li l-operatur u
persuni oħra li jaħdmu fiż-żona tax-
xogħol jilbsu elmu bil-marka CE fuq is-sit
tax-xogħol.
Aqra t-twissijiet ta' sikurezza kollha u
!
l-istruzzjonijiet kollha qabel l-użu.
Oqgħod attent meta l-imsiemer ikunu
qed jiġu sparati.
!
Twissijiet ġenerali
Twissijiet ta' sikurezza ġenerali
• TWISSIJA: Aqra t-twissijiet ta' sikurezza kollha
u l-istruzzjonijiet kollha. Jekk tonqos milli
ssegwi t-twissijiet u l-istruzzjonijiet dan jista' jwassal
għal xokk elettriku, nar, korriment serju u/jew mewt.
• Uża l-għodda u l-aċċessorji skont dawn
l-istruzzjonijiet, filwaqt li tqis il-kundizzjonijiet tax-
xogħol u x-xogħol li għandu jsir. L-użu tal-għodda għal
operazzjonijiet differenti minn dawk intiżi jista' jirriżulta
f'sitwazzjoni perikoluża.
• Oqgħod attent, ara sew dak li qed tagħmel u uża
s-sens komun meta tħaddem l-għodda. Tużax
l-għodda jekk int għajjien/a jew taħt l-influwenza
tad-drogi, tal-alkoħol jew ta' medikazzjoni. Mument ta'
diżattenzjoni waqt li tħaddem l-għodda jista' jirriżulta
f'korriment personali serju jew fi ħsara fil-materjal.
• Ir-riskji għal persuni oħra għandhom jiġu vvalutati mill-
operatur.
• Uża protezzjoni għall-għajnejn bil-marka CE
bil-protezzjoni quddiem u ġnubijiet kontra
oġġetti li jtiru meta tuża, tħaddem u ssewwi l-għodda.
• Uża protezzjoni tal-widnejn bil-marka CE ħdejn
jew fuq il-post tax-xogħol biex tevita l-ħsara
108
Simboli fuq l-għodda
Din l-għodda għandha l-approvazzjoni
CE skont l-istandards applikabbli.
Aqra u ifhem it-tikketti u l-manwal
tal-għodda. Jekk tonqos milli ssegwi
t-twissijiet dan jista' jwassal għal
korriment serju.
L-operaturi u persuni oħra fiż-żona
tax-xogħol għandhom jilbsu protezzjoni
għall-għajnejn reżistenti għall-impatti
b'ilqugħ ġnubijiet.
L-operaturi u persuni oħra li jaħdmu
fiż-żona tax-xogħol għandhom jilbsu
protezzjoni għas-smigħ.
P.MAX
X BAR
Pressjoni massima tat-tħaddim
(XXX PSI)
Għodda multi-blow. L-għodda tispara
ladarba l-kuntatt mal-biċċa tax-xogħol
jiġi attivat. Uża b'kawtela.
lis-smigħ. L-esponiment mhux protett għal livelli
għoljin ta' storbju jista' jikkawża telf tas-smigħ
permanenti u diżabilitanti u problemi oħrajn bħal
tinnitus (żarżir, żanżin, tisfir jew ħsejjes fil-widnejn).
Kontrolli xierqa biex jitnaqqas ir-riskju jistgħu jinkludu
azzjonijiet bħal materjali li jtaffu biex jiġi evitat li biċċiet
tax-xogħol "iżarżru".
• Huwa rrakkomandat li tuża l-protezzjoni tar-ras
bil-marka CE fuq il-post tax-xogħol.
• Hija r-responsabbiltà tal-impjegatur li jinforza li
l-utenti tal-għodda u persunal ieħor fil-viċin fuq il-post
tax-xogħol jilbsu tagħmir protettiv personali bħal
protezzjoni għall-għajnejn, maskra tat-trab, żraben
tas-sikurezza li ma jiżolqux, kappell iebes u/jew
protezzjoni għas-smigħ.
• Ilbes kif xieraq. Tilbisx ħwejjeġ jew ġojjelli li jiġuk
kbar. Żomm xagħrek, il-ħwejjeġ u l-ingwanti tiegħek
'il bogħod minn partijiet li jiċċaqalqu biex tevita
korrimenti serji. Ilbes biss ingwanti li jiġuk sew u
li jippermettu qbid u kontroll sikur tal-għodda u ta'
kwalunkwe apparat ta' aġġustament ieħor. Ilbes
ħwejjeġ li jsaħħnu meta taħdem f'kundizzjonijiet
kesħin, biex iżżomm idejk sħan u niexfin.
• Tippruvax tilħaq affarijiet mill-bogħod. Dejjem żomm
saqajk sodi u l-bilanċ. Dan jippermetti kontroll aħjar
tal-għodda f'sitwazzjonijiet mhux mistennija.