Malti
1.2
Indikazzjonijiet għal min juża l-unit
Jistgħu jinħolqu korrimenti jew perikli għas-saħħa jekk jiġu injorati l-
indikazzjonijiet għat-tħaddim u għas-sigurtà.
Aqra l-manwal b'attenzjoni u osserva dejjem l-indikazzjonijiet għas-sigurtà.
Jekk l-unità titpoġġa fuq bażi inklinata u hija mgħammra b'roti, tista' tiżżerżaq
waqt it-tħaddim. Iżgura li l-unità ma tiċċaqlaqx waqt it-tħaddim.
L-ispakkjar, l-assemblaġġ, it-twaqqif u l-konnessjoni tal-unità għandhom
jitwettqu biss minn persunal ta' servizz awtorizzat mill-manifattur tal-unità.
L-unità tista' titqabbad biss ma' ċirkwiti protetti b'konduttur tal-ert (PE). L-unità
tista' tintuża biss f'ambjent niexef (klassi ta' protezzjoni IP 20, DIN 60529).
Qabel ma tiftaħ l-unità, ara li tiskonnettjaha minn mal-plakka tal-elettriku. L-
unità tintefa għal kollox biss meta l-plagg ma jkunx imqabbad.
Tbagħbas qatt l-apparat protettiv! Jekk ikollok l-impressjoni li xi apparat
protettiv ma jkunx qed jaħdem sew, itfi l-unità minnufih. Jekk jogħġbok
ikkuntattja liċ-ċentru ta' servizz responsabbli għalik.
Osserva dejjem l-indikazzjonijiet fuq it-tabelli mwaħħlin mal-unità.
Inti u tħaddem jew tmantni l-unità, osserva dejjem ir-regolamenti dwar is-
sigurtà u l-prevenzjoni ta' inċidenti.
Meta tuża mezzi ta' sostenn jew apparat awżiljarju, osserva d-dispożizzjonijiet
rilevanti għas-sigurtà.
Agħmel biss dawk ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni li huma mfissrin fit-taqsima
"Manutenzjoni" tal-istruzzjonijiet għall-użu. Mhux permess li jitwettqu xogħlijiet
oħrajn ta' manutenzjoni mill-utenti. Kull xogħol ieħor ta' manutenzjoni
(pereżempju manutenzjoni teknika) jew ta' tiswija għandu jsir biss minn
persunal ta' servizz awtorizzat mill-manifattur tal-unità.
Il-miżuri ta' protezzjoni għandhom jiġu kkontrollati wara kull manutenzjoni
teknika jew xogħol ta' tiswija. Dan il-kontroll għandu jitwettaq skont DGUV V3
jew ittestjar nazzjonali komparabbli.
Iżgura li x-xogħlijiet ta' manutenzjoni dejjem isiru fl-intervalli mogħtija mill-
manifattur u li tiddokumenta dawn ix-xogħlijiet. Dan huwa importanti sabiex
tinżamm is-sigurtà operattiva.
Għat-tiswijiet fuq l-unità għandhom dejjem jintużaw partijiet ta' rikambju
oriġinali. Jekk tuża partijiet mhux oriġinali, tintilef il-validità tad-dikjarazzjoni ta'
konformità tal-KE.
— 4
SPECTROMAXx — Indikazzjonijiet għal sigurtà — 20.07.2021