Materjal Tal-Kampjun - Ametek SPECTROMAX Serie Manual De Instrucciones

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 269
Malti
1.3.3

Materjal tal-kampjun

Attenzjoni – sustanzi tossiċi!
Il-proċess ta' tikbis jipproduċi sediment iswed (kondensat metalliku). Skont il-
materjal tal-kampjun, dan il-kondensat jista' jkun tossiku jew jieħu n-nar
malajr. Jekk itir xi xrar, il-materjal tal-kampjun jista' jiġġenera fwar tal-metall.
Skont il-materjal tal-kampjun, dan il-fwar jista' jkun tossiku, pereżempju fil-każ
ta' metalli tqal jew elementi oħra perikolużi għas-saħħa tal-bniedem.
Ilbes ingwanti protettivi u nuċċali protettiv meta tnaddaf l-ispark stand jew
meta tnaddaf il-flixkun tal-ħasil jew il-flixkun tal-filter, kif ukoll meta
tissostitwixxi l-kartriġ tal-filter. Jekk itir xi xrar ta' metalli b'kostitwenti
tossiċi huwa rrakkomandat li tintuża maskra respiratorja sabiex jiġi evitat
li l-persuna tieħu l-partiċelli tal-kondensat man-nifs.
Jekk meħtieġ, armi l-kondensat skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi kif ukoll
f'rigward il-prevenzjoni ta' nirien.
Jekk il-kampjuni jkun fihom sustanzi tossiċi, għandha tiġi installata
sistema ta' estrazzjoni fuq l-ispark stand.
F'dan il-każ, il-gass li joħroġ mill-pajp tal-egżost tal-ispettrometru għandu
jiġi ppuntat 'il barra fil-miftuħ.
L-installazzjoni ta' sistema ta' estrazzjoni u l-ħruġ tal-gass tal-egżost fil-
miftuħ jiffaċilita l-konformità mar-rekwiżiti għall-konċentrazzjoni massima
permissibbli ta' tniġġis fl-arja li tittieħed bin-nifs taħt il-valuri tal-limitu
applikabbli, il-valuri MAK (konċentrazzjoni massima fuq il-post tax-
xogħol) jew ir-rekwiżiti nazzjonali komparabbli. Il-konformità ma' dawn il-
limiti hija r-responsabbiltà tal-operatur tal-ispettrometru. Jekk għandhom
jitkejlu xi kampjuni b'kostitwenti tossiċi, jistgħu jittieħdu miżuri addizzjonali
ta' protezzjoni, pereżempju permezz ta' protezzjoni respiratorja.
— 6
SPECTROMAXx — Indikazzjonijiet għal sigurtà — 20.07.2021

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Productos relacionados para Ametek SPECTROMAX Serie

Tabla de contenido