1.3
Għan ta' l-użu
Din l-unità tippermettilek li tanalizza u tidentifika metalli. Tista' tanalizza biss dawk
il-metalli li għalihom ġiet ikkalibrata l-unità, li titwettaq mill-manifattur jew minn
persunal tekniku kwalifikat.
L-unità tista' titħaddem biss flimkien mal-aċċessorji oriġinali pprovduti u fuq ġewwa
(ambjent tal-laboratorju).
L-unità hija maħsuba għall-użu fis-settur industrijali. It-tħaddim tal-unità jista'
jikkawża interferenza elettromanjetika. F'dan il-każ, ikkuntattja lill-manifattur.
1.3.1
Kampjuni
Il-kejl jista' jitwettaq biss fuq kampjuni ta' metall nixfin.
Attenzjoni! Periklu ta' korriment u periklu għas-saħħa!
Periklu ta' korriment u periklu għas-saħħa minn kampjuni taħt pressjoni jew
fjammabbli.
Tkejjel qatt kampjuni taħt pressjoni jew fjammabbli.
1.3.2
Tħejjija ta' kampjuni
Twissija dwar sustanzi tossiċi u perikolużi għas-saħħa!
Meta tħejji xi kampjuni, pereżempju permezz ta' tħin, jistgħu jiġu ġġenerati fwar
tossiċi u trabijiet tossiċi, jiddependi mill-materjal tal-kampjun.
F'dak il-każ, armi dawn it-trabijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi kif ukoll
f'rigward il-prevenzjoni ta' nirien.
L-operatur tal-ispettrometru għandu r-responsabbiltà li jiżgura li l-
konċentrazzjonijiet massimi permissibbli ta' tniġġis fl-arja li tittieħed bin-nifs
ma jinqabżux.
Waqt it-tħejjija, segwi l-indikazzjonijiet għas-sigurtà pprovduti mill-manifattur
tal-magna għat-tħejjija tal-kampjuni u ħu miżuri protettivi personali.
Dejjem ilbes nuċċali protettiv, u meta tħejji kampjuni li jistgħu jirrilaxxaw
sustanzi tossiċi, uża protezzjoni respiratorja xierqa flimkien ma' nuċċali
protettiv.
SPECTROMAXx — Indikazzjonijiet għal sigurtà — 20.07.2021
Malti
— 5