Descargar Imprimir esta página

ergobaby evolve Manual De Instrucciones página 17

Ocultar thumbs Ver también para evolve:

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 5
IMPORTANTI! AQRA BIR-REQQA U ŻOMM GĦAL REFERENZA FUTURA
Aqra l-istruzzjonijiet kollha qabel l-użu. Jekk ma ssegwix dawn it-twissijiet u struzzjonijiet, dan jista' jirriżulta
f'korriment serju jew mewt.
TWISSIJA
• DEJJEM uża l-lock tal-pedala biex tipprevjeni milli tifel ieħor jew tifla oħra tbaxxi d-dahar tas-sit (li jkollu marka ħamra).
• TAĠĠUSTAX it-tmejjil tal-angolu meta t-tarbija tkun fil-bouncer.
• QATT tħalli lit-tifel jew lit-tifla waħidha.
• Huwa perikoluż li tuża l-prodott fuq wiċċ elevat, eż. mejda jew bank tal-kċina. Uża biss mal-art.
• Żomm l-infant insert u kwalunkwe aċċessorju 'l bogħod mit-tfal meta ma jkunx immuntat għal kollox għall-użu.
• L-aċċessorji għandhom jintużaw BISS flimkien mal-Ergobaby bouncer sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
• Kun af li l-azzjonijiet tat-tfal jistgħu jmexxu l-prodott.
• Kull tant żmien, imsaħ il-pads tal-kuntatt tal-lastiku fuq in-naħa ta' taħt tal-prodott b'biċċa niedja biex tgħin fil-prevenzjoni tal-moviment mhux
intenzjonat.
• Tpoġġix dan il-prodott qrib tieqa fejn il-ħbula minn blajnds jew purtieri jistgħu jifgaw tifel/tifla.
• Eżamina l-prodott qabel kull użu. Iċċekkja biex tiżgura li l-bokkli, it-trażżin, il-ħjata u l-komponenti kollha jkunu intatti qabel l-użu.
• Tużax il-prodott jekk xi komponent ikun imkisser jew nieqes. Ikkuntattja lil Ergobaby għall-partijiet ta' sostituzzjoni.
• Tużax aċċessorji jew partijiet ta' sostituzzjoni għajr dawk approvati mill-manifattur.
BOUNCER (mass ta' 9 kg)
MT
TWISSIJA!
IMPORTANTI - Tużahx bħala bouncer ladarba t-tifel jew it-tifla tiegħek tkun tista' tpoġġi mingħajr għajnuna.
• Dejjem uża s-sistema tat-trażżin.
• Tħallix lit-tarbija torqod fil-bouncer.
• Dan il-prodott mhuwiex maħsub għal perjodi twal ta' rqad. Ma jissostitwixxix sodda żgħira għal tarbija jew sodda.
• Jekk it-tifel jew it-tifla tiegħek ikollha bżonn torqod, hija għandha titqiegħed f'sodda żgħira għal tarbija jew f'sodda xierqa.
• Qatt tuża l-istrixxa tal-ġugarelli jew xi aċċessorju ieħor bħala manku biex iġġorr il-prodott.
TWISSIJA
.
Periklu ta' Waqgħa: Trabi soffrew ksur tal-kranju meta waqgħu waqt li kienu fil-bouncers.
• Uża l-bouncer BISS mal-art.
• QATT ma għandek terfa' jew iġġorr lit-tarbija fil-bouncer.
Periklu ta' Fgar: Trabi fgaw meta l-bouncers inqalbu fuq uċuħ rotob.
• QATT ma għandek tużah fuq sodda, sufan, imħadda, jew fuq wiċċ artab ieħor.
• QATT tħalli lit-tarbija waħedha.
Biex jiġu evitati waqgħat u fgar:
• DEJJEM uża t-trażżin u aġġustahom biex joqogħdu sew, anki jekk it-tarbija torqod.
• IEQAF uża l-bouncer meta t-tarbija tibda tipprova toqgħod bilqiegħda jew tkun laħqet 9 kg, skont liema jiġi l-ewwel.
32
SIĠĠU GĦAL TFAL ŻGĦAR (mass ta' 13 kg)
• Neħħi s-sistema ta' trażżin u aqfel qabel l-użu.
• Uża bħala siġġu għal tfal żgħar biss meta t-tifel ikun jista' jimxi u jpoġġi waħdu.
TWISSIJA
PERIKLU TA' AMPUTAZZJONI
• Is-siġġu jista' jinfetaħ, jingħalaq jew jikkollassa jekk il-lock ma jkunx attivat għal kollox. Il-partijiet li jiċċaqilqu jistgħu jamputaw is-swaba' tat-tfal.
• Żomm is-swaba' 'l bogħod mill-partijiet li jiċċaqilqu.
30C
• Iftaħ is-siġġu għal kollox u faqqa' l-locks għal kollox qabel ma' t-tifel jew tifla titħalla toqgħod bilqiegħda fis-siġġu.
US/CAN symbols
• Qatt m'għandek tħalli lit-tifel jew tifla tiftaħ jew tagħlaq is-siġġu.
Tindif, Kura u Manutenzjoni
Oġġetti ibsin: Imsaħ bi sponża jew b'biċċa niedja b'deterġent ħafif.
Oġġetti rotob u l-Infant Insert: Neħħi mill-qafas. Issikka l-Velcro®, il-bokkli u/jew il-qfieli kollha. Aħsel fil-magna tal-ħasil bil-kiesaħ. Dendel u nixxef bl-arja. Tużax bliċ. Taħsilx
fix-xott.
30
Global symbols
MT
33

Publicidad

loading