Użu korrett
Il-kejbil tal-iċċarġjar għandu jintuża sabiex tiċċarġja vetturi
elettriċi u ibridi ma' infrastrutturi xierqa. Mhux permess tużah
għal skopijiet oħra. Il-kejbil tal-iċċarġjar huwa biss sigur jekk
issegwi l-istruzzjonijiet f'dan il-manwal tat-tħaddim.
Qabel ma tuża l-kejbil tal-iċċarġjar, aqra dan il-manwal u segwi
l-istruzzjonijiet.
Barra minn dan il-manwal, iżgura li tkun qrajt ukoll id-dokumenti
pprovduti mal-vettura tiegħek.
Il-kejbil tal-iċċrġjar tista' tiġrilu l-ħsara jekk tinjora dan il-manwal.
Barra minn hekk, jistgħu jinħolqu perikli bħal xokkijiet elettriċi,
ixxortjar jew nirien.
Użu skorrett
Jekk il-kejbil ma jintużax kif suppost, hemm aktar ċans ta' danni
materjali u problemi tas-saħħa.
Dejjem evita l-punti li ġejjin:
Modifikazzjoni/manipolazzjoni tal-kejbil tal-iċċarġjar.
Konnessjoni tal-kejbil tal-iċċarġjar f'sokits mhux adegwati.
L-użu ta' kejbils difettużi.
Ir-responsabbiltà għal kull korriment ta' persuni u danni materjali
li jirriżultaw minn użu skorrett hija l-utent, u mhux tal-manifattur.
Jekk jogħġbok innota li aħna m'għandna ebda kontroll fuq żbalji
fit-tħaddim jew konnessjoni. Id-ditta MENNEKES Stecker GmbH
& Co. KG ma taċċetta ebda responsabbiltà għal danni jew ħsarat
ikkawżati minn użu skorrett.
Noti importanti dwar is-sigurtà
Tħallix il-kejbil tal-iċċarġjar f'idejn tfal!
Żomm il-kejbil 'il bogħod minn annimali.
Il-kejbil għandu jitqabbad ma' sokits ipprovduti apposta biss.
Tużax adapters jew kejbils ta' estensjoni.
Tużax il-kejbil tal-iċċarġjar f'atmosferi potenzjalment esplużivi
fejn ikun hemm likwidi kumbustibbli, gassijiet jew trabijiet –
Periklu ta' splużjoni u nar!
56
STI_BAL_LK-Mode2_v09_xx-xx-2016_de_(Europa).indd 56
Osserva l-informazzjoni fil-qoxra – Figura 1.
Evita s-sitwazzjonijiet murija hemm. Jekk
tinjora dawn l-istruzzjonijiet, hemm periklu ta'
korrimenti u danni materjali.
T
TWISSIJA
Danni materjali minn kondensazzjoni tal-ilma jekk
titgħatta l-apertura tal-ventilazzjoni
Fil-parti ta' taħt tat-tagħmir hemm apertura għall-ventilazzjoni
(ara l-figura li ġejja).
f Dejjem żomm l-apertura miftuħa u nadifa.
f Tgħattix u twaħħal xejn fuq l-apertura.
f Iddeffisx oġġetti fit-toqob.
Figura, apertura għall-ventilazzjoni
Dettalji tekniċi
f Osserva l-pjanċa tat-tip fuq l-għeluq protettiv.
Tħaddim
T
AVVIŻ
Kejbil difettuż – Periklu fatali minn xokk elettriku.
Jekk tuża kejbils difettużi, toħloq periklu ta' mewt jew korri-
menti gravi.
f Iċċekkja l-kejbil tal-iċċarġjar għal danni (eż. tiċrit) qabel kull
użu. Jekk il-kejbil ikun difettuż, ibdlu ma' wieħed ġdid.
f Tqabbadx il-kejbil tal-iċċarġjar ma' adapters jew
estensjonijiet.
2017-04-20 12:33:53