Descargar Imprimir esta página

Telesteps 61209-101 Manual Del Usuario página 96

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 36
Qabel ma tuża
• Jekk il-pjattaforma tiġi fornuta bi żbarr(a/i) stabiliżatriċi/stabilizzaturi, l-iżbarr(a/i) għand(ha/hom)
titwaħħal/jitwaħħlu mill-utent qabel ma tintuża l-pjattaforma.
• Spezzjona l-pjattaforma wara l-forniment u qabel ma tuża biex tikkonferma lkundizzjoni u
t-tħaddim tal-partijiet kollha.
• M'għandekx tuża pjattaforma bil-ħsara
• Iżgura li inti f'siktek biżżejjed li tista' tuża pjattaforma teleskopika. Ċertu kundizzjonijiet mediċi
jew mediċina, l-alkoħol jew l-abbuż ta' drogi jistgħu jagħmlu lpjattaforma mhix sikura
• Iżgura li l-pjattaforma tkun adattata għax-xogħol.
• Neħħi kull tniġġiż minn fuq il-pjattaforma bħal żebgħa niedja, tajn, żejt jew borra.
• Għall-użu professjonali għandha tittieħed stima tar-riskju li tirrispetta l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn
jintuża.
• Identifika kull riskju ta' dawl fiż-żona tax-xogħol, bħal-linji fuq rasek jew tagħmir ieħor tad-dawl
espost, u tużax il-pjattaforma fejn hemm riskji ta' dawl
• Kun żgur li l-mekkaniżmi li jsakkru għall-iskaluni/turġien kollha estiżi jiġu ċċekkjati u msakkra
qabel l-użu.
• Il-pjattaforma għandha tintuża/tinżamm f'temperaturi ta' bejn -20 - +60 grad C.
Qabel tuża, dejjem iċċekkja
• Il-paranti (il-partijiet weqfin) li ma jkunux milwija, immejla, mibruma, mgħattna, imxaqqa jew imsadda.
• It-tubi teleskopiċi madwar il-punti t'iffissar għal komponenti oħrajn jinsabu f'kundizzjoni tajba.
• It-twaħħil (ġeneralment rivits, viti jew boltijiet) mhumiex nieqsa, maħlula jew imsadda
• Mhemmx skaluni nieqsa, imħollija, eċċessivament deterjorati, imsadda jew danneġġjati
• Ċappetti bejn is-sezzjonijiet ta' quddiem u ta' wara m'għandhomx ħsara, huma mħollija jew imsadda.
• Brekits ta' gwida mhumiex nieqsa, bil-ħsara, imħollija jew imsadda u jaqbdu sew fuq il-parant
korrispondenti
• Saqajn tal-lastku u tappijiet tat-truf mhumiex nieqsa, imħollija, deterjorati eċċessivament,
imsadda jew bil-ħsara.
• Lukketti li jagħlqu m'għandhomx ħsara u jiffunzjonaw b'mod korrett.
Jekk xi wieħed minn dawn il-verifiċi ma jistgħux jiġu sodisfatti, inti M'GĦANDEKX tuża lpjattaforma.
A- Biex tiftaħ il-pjattaforma
Il-pjattaforma teleskopika tista' tinfetaħ fi tliet tulijiet differenti. L-iskaluni li jinsabu f'sezzjonijiet,
jissakkru b'mod awtomatiku meta testendihom.
1. Qiegħed il-pjattaforma fuq dahra u ttwiha 'l barra. Iċċekkja li l-qabda tan-nofs tigganċja u
tagħlaq il-pjattaforma.
2. Itwi 'l barra l-pjattaforma li tissakkar b'mod awtomatiku. Ivverifika li hi msakkra.
3. Dawwar il-pjattaforma dahra 'l isfel. Il-pjattaforma issa hija mgħoliija għal livell 1
4. Biex tiftaħ il-pjattaforma f'livell 2 iftaħ it-taqsima li tinsab fuq nett tal-iskaluni. Żomm sew
il-pjattaforma fuq naħa waħda b'sieq fuq l-iskaluna ta' taħt. Ara li jkollok qabda sew tal-pjattaforma
u iġbed 'il fuq fl-istess waqt li żżomm mal-iskaluna tannofs.
N.B. Il-buttuni li jsakkru huma msakkra meta jikklikkjaw kontra t-tubi.
5. Sabiex tiftaħ il-pjattaforma għal-livell 3 wettaq l-istess stadju bħal hawn fuq meta tiftaħ fuq livell 2.
MT

Publicidad

loading