B – Biex tbaxxi l-pjattaforma
Niżżel il-pjattaforma għal livell 2 jew livell 1 kif ġej:
6. Iftaħ u rassass il-pjattaforma fuq naħa waħda mill-qiegħ 'il fuq. Ibda billi tirrilaxxa sserraturi li
jiżżerżqu fil-qiegħ nett. Irrilaxxa sokra waħda kull darba, waqt li żżomm il-pjattaforma bl-id l-oħra.
7. It-taqsima tal-iskaluni tintewa hekk kif tirrilaxxa is-sokra. Żomm il-pjattaforma u agħlaq
is-sezzjoni f'manjiera kkontrollata biż-żewġ idejn.
8. Irrilaxxa u kkollassa l-pjattaforma fit-tarf l-ieħor tal-pjattaforma wkoll.
9. Ivverifika li t-taqsimiet tal-pjattaforma estiża jkunu msakkra qabel ma tuża lpjattaforma.
Ċ – Biex tagħlaq il-pjattaforma
10. Naddaf il-pjattaforma jekk meħtieġ (ara taħt).
11. Il-pjattaforma kollha ma tibqax imsakkra meta tuża l-buttuni li jiżżerżqu fuq it-tieni skaluna
mill-qiegħ. Iftaħ buttuna ta' serratura li tiżżerżaq waħda wara l-oħra waqt li żżomm il-parant
tal-pjattaforma f'pożizzjoni wieqfa bl-id l-oħra (sabiex ma tikkollassax bil-piż tagħha stess).
12. Agħlaq il-pjattaforma b'attenzjoni billi żżomm idejk it-tnejn fuq il-parant b'mod li ma taqbadx subgħajk.
13. Dawwar il-pjattaforma fuq dahra.
14. Il-buttuni tas-serratura huma fuq in-naħa ta' barra tal-pjattaforma. Agħfas buttuna tasserratura
waħda biex titwi naħa waħda tal-pjattaforma. Agħmel l-istess fuq in-naħa l-oħra tal-pjattaforma.
15. Żomm il-qabda tan-nofs u żomm il-pjattaforma flimkien. Żomm ir-riġlen taż-żewġ naħat 'il
ġewwa sabiex jintwew min-nofs. N.B. Oqgħod attent li ma taqbadx subgħajk.
Użu
• It-tagħbija massima totali hi ta' 150 kg barra mill-Iżvezja. Fl-Iżvezja minħabba regolamenti
domestiċi t-tagħbija massima totali hi ta' 230 kg għal massimu ta' 2 utenti.
• M'għandekx tuża l-pjattaforma fuq uċuħ li mhumiex sodi.
• Tipprovax tilħaq aktar milli suppost
• M'għandekx tqiegħed il-pjattaforma f'art imniġġza.
• Massimu ta' persuna waħda fuq il-pjattaforma fi kwalunkwe ħin.
• Ara li jkollok qabda tajba fuq il-pjattaforma meta titla' u tinżel. Ibqa' żżomm idejk mal-maqbad waqt
li qed taħdem minfuq pjattaforma jew ħu prekawzjonijiet addizzjonali ta' sikurezza jekk ma tistax.
• Evita xogħol li jimponi tagħbija fil-ġenb fuq pjattaformi, bħal tħaffir fil-ġenb ġo materjal solidu.
• M'għandekx iġġorr tagħmir li hu tqil jew diffiċli biex timmaniġġja waqt li qed tuża lpjattaforma.
MT
• Ilbes żarbun adattat meta titla' l-pjattaforma.
• Il-pjattaformi għandhom jintużaw biss għal xogħol ħafif fuq tul ta' żmien qasir (lgħeja hija riskju).
• M'għandekx tuża l-pjattaforma fuq barra f'kundizzjonijiet ta' temp avvers, bħal riħ qawwi.
• Meta tqiegħed il-pjattaforma kkonsidra r-riskju ta' kolliżjoni mal-pjattaforma eż. minn pedestrians,
vetturi jew bibien. Bibien ta' sikurezza (ħruġ f'każ ta' nirien) u twieqi meta possibbli, fiż-żona
ta' ħidma.
• M'għandekx timmodifika d-diżinn tal-pjattaforma.
• Iċċaqlaqx pjattaforma meta tkun bil-wieqfa fuqu.
• M'għandekx tuża l-pjattaforma għal xogħol maħmuġ jew f'ambjent maħmuġ. Jekk, pereżempju,
il-pjattaforma tintuża għat-tqegħid ta' briks, biex jitqiegħed il-konkrit jew biex tiżbogħ,
maż-żmien jista' jkun diffiċli li żżommu nadif, li jimpedixxi l-funzjoni teleskopika.
• Din il-pjattaforma hi għall-użu professjonali.
• Iftaħ il-pjattaforma kollha qabel ma' tuża.
• Uża l-pjattaforma bid-dispożittivi restrinġenti mqabbda biss.
Tindif