Descargar Imprimir esta página

TM RVTM3 Folleto De Instrucciones página 23

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 8
5. Simboli
Ara n-nota ta' struzzjonijiet
6. Struzzjonijiet ta' Sigurtà
- Dejjem agħmel prova tal-funzjonament qabel l-użu.
- Il-gejġ tal-vakum bil-labra huwa sensittiv għad-daqqiet.
- Ara li l-labra tkun fuq 0 meta l-apparat ma jkunx imqabbad.
- Dejjem ara li jkun hemm filtru mwaħħal.
7. Tindif u diżinfettar
F'kundizzjonijiet normali ta' użu, l-RVTM3 ma għandux bżonn ta' diżinfettar għaliex il-flixkun tas-sigurtà huwa protett bil-filtru fuq quddiem.
Ibdel il-filtru għal kull pazjent. (Ara hawn taħt għall-kundizzjonijiet partikolari).
Regolatur tal-vakum
Uża ilma bis-sapun għan-naħa ta' barra tal-apparat. Laħalħu sewwa u xxuttah. Tgħarrqux fl-ilma.
Attenzjoni :
- Meta tuża prodotti ta' dekontaminazzjoni, ara li jkunu tajbin għall-plastik (ara l-iskeda teknika).
- Tużax prodotti ta' dekontaminazzjoni għall-uċuh.
Flixkun tas-sigurtà
Minħabba li l-flixkun tas-sigurtà huwa protett minn filtru fil-parti ta' quddiem għall-fluss 'il barra, m'għadx hemm il-ħtieġa li jiġi
sterilizzat: huwa biżżejjed li jinbidel il-filtru ma' kull pazjent jew, fil-każ ta' pazjent rikoverat għal żmien twil, kull meta jkun
meħtieġ wara li tkun ikkontrollajt il-livell ta' ħmieġ.
Madankollu f'każ li jfur likwidu aċċidentalment jew jekk il-filtru jittaqqab, il-flixkun tas-sigurtà għandu jiġi ddiżinfettat jew
sterilizzat skont il-proċedura li ġejja:
1. Ħoll il-flixkun ta' sigurtà u żarma l-flixkun u l-għatu.
2. Għaddas il-flixkun f'soluzzjoni ta' qabel id-diżinfettar (segwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur f'dak li jirrigwarda l-ħin ta' tgħaddis,
tat-tlaħliħ u tat-tnixxif).
3. Naddaf, laħlaħ sew, għaddas għal minuta fl-ilma ċar, imbagħad ixxotta.
4. Sterilizza jew iddiżinfetta filwaqt li tirrispetta wkoll l-istruzzjonijiet tal-manifattur.
5. Erġa' arma l-partijiet u ssikka kollox.
Il-flixkun tas-sigurtà RVTM3 jiflaħ l-awtoklavi sa 134° C.
8. Trasport u ħżin
- L-apparat għandu jiġi ttrasportat ċatt biex il-labra tal-gejġ tal-vakum ma tinqalax minn postha.
- Aħżen bejn -10 u +40° C f'post xott u nadif.
- Żomm l-ippakkjar u l-manwal għall-itwal żmien possibbli.
9. Manutenzjoni
Frekwenza tal-kontrolli minn sena sa 3 snin skont l-użu:
- Kontroll tad-displej (gejġ tal-vakum).
- Kontroll ta' tnixxijiet.
F'każ ta' problema, irritorna l-apparat lill-fabbrikant jew lil fornitur awtorizzat.
- Kull sena, illubrifika l-buttuna ON/OFF bil-griż tas-silikone "High Vacuum Grease"
Biex taqla' l-buttuna, iġbed il-parti l-ħamra.
- Irreġistra kull proċess ta' manutenzjoni.
- Biex tibdel il-gejġ tal-vakum aqla' ż-żewġ viti fuq in-naħa ta' wara tal-apparat.
Spareparts
- Flixkun tas-sigurtà
- Griż "High vacuum Grease"
- Gejġ tal-vakum 250 / 600 / 1000 mbar u 400 / 760 mmHg flimkien ma' għatu ta'
protezzjoni
- Kaxxa ta' 10 filtri
- Żennuna ta' konnessjoni
10. Garanzija
- Apparat garantit għal sena, partijiet u xogħol, ħlief fil-każ ta' deterjorazzjoni jew inċidenti ta' traskuraġni, użu ħażin, nuqqas ta'
sorveljanza jew ta' manutenzjoni.
- Terminu kuntrattwali: 10 snin.
Skont id-Direttiva Ewropea 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993, kull inċident
jew riskju ta' inċident għandu jiġi rrapportat minnufih lil TECHNOLOGIE MEDICALE
l-ispareparts ta' TECHNOLOGIE MEDICALE
22
MT
Uża biss

Publicidad

loading

Productos relacionados para TM RVTM3