MALTI
Użu korrett
Il-kejbil tal-iċċarġjar jintuża għall-iċċarġjar ta' vetturi elettriċi
u ibridi – f'dan id-dokument "vetturi" – ma' infrastruttura
xierqa tal-iċċarġjar tat-tip 2.
F'każ ta' dubju, qabbad elettriċista kwalifikat biex
jiċċekkja l-infrastruttura tal-iċċarġjar għall-idoneità
tagħha.
Kull użu ieħor huwa projbit u b'hekk jitqies skorrett.
Il-kejbil tal-iċċarġjar huwa sigur biss jekk jiġu osservati
l-istruzzjonijiet f'dan il-manwal tat-tħaddim flimkien mad-
dokumentazzjoni tal-vettura.
Qabel ma tuża l-kejbil tal-iċċarġjar, aqra dan il-manwal
tat-tħaddim u d-dokumentazzjoni tal-vettura.
Waqt li tuża l-kejbil tal-iċċarġjar, segwi l-istruzzjonijiet
ipprovduti.
In-nuqqas ta' dan jista' jirriżulta f'korriment ta' persuni u
danni materjali, bħal: xokk elettriku, ixxortjar jew nar.
Użu skorrett
Jekk il-kejbil ma jintużax kif suppost, jogħla r-riskju ta'
korrimenti ta' persuni u danni materjali. Dawn huma
speċjalment projbiti:
Tibdil jew manipulazzjoni fil-wajers tal-kejbil tal-
iċċarġjar.
Il-konnessjoni tal-kejbil tal-iċċarġjar ma' infrastruttura
tal-iċċarġjar difettuża jew mhux xierqa – pereżempju,
jekk ma tkunx iddisinjata għat-tagħbija kontinwa
korrispondenti.
L-użu ta' kejbil tal-iċċarġjar difettuż.
Ir-responsabbiltà għal kull korriment ta' persuni u danni
materjali li jinħolqu minħabba f'użu skorrett hija tal-utent.
Id-ditta MENNEKES Stecker GmbH & Co. KG ma taċċetta
ebda responsabbiltà għal żbalji fit-tħaddim u ħsarat
ikkawżati minn użu skorrett.
71
intl(44)_501288-0_BA_Ladekabel_Mode3_Mercedes-Benz_v00_28-01-2020.indd 71
intl(44)_501288-0_BA_Ladekabel_Mode3_Mercedes-Benz_v00_28-01-2020.indd 71
Noti fundamentali dwar is-sigurtà
Osserva l-informazzjoni fil-qoxra – Figura 1.
Is-sitwazzjonijiet murija fil-figura 1 huma projbiti.
Jekk ma tevitax dawn is-sitwazzjonijiet, hemm
riskju ta' korriment ta' persuni u danni materjali.
Żomm il-kejbil tal-iċċarġjar 'il bogħod mit-tfal.
Żomm il-kejbil tal-iċċarġjar 'il bogħod mill-annimali.
Tużax adapters jew kejbils ta' estensjoni.
Qabbad il-kejbil tal-iċċarġjar ma' infrastruttura tal-
iċċarġjar mingħajr ħsarat u xierqa.
Tużax il-kejbil tal-iċċarġjar f'atmosferi potenzjalment
esplużivi.
Dettalji tekniċi
Id-dettalji tekniċi jinsabu fil-pjanċa tat-tip fuq l-għeluq
protettiv.
Osserva d-dettalji tekniċi fil-pjanċa tat-tip.
Isem
Standard
Tip ta' protezzjoni
Voltaġġ nominali AC [V]
massimu
Kurrent nominali [A]
Frekwenza nominali [Hz]
Qawwa tal-iċċarġjar [kW]
Temperatura ambjentali [°C]
Temperatura tal-ħażna [°C]
Għoli massimu tal-użu
[m 'il fuq mil-livell tal-baħar]
Valur
IEC 61851, IEC 62196
IP20 (mhux ipplaggjat)
IP44 (ipplaggjat)
IP44 (b'għatu protettiv)
480
20 / 32
50 / 60
4.6 ... 22
-40 ... +80
-40 ... +80
4000
19.03.2020 12:46:51
19.03.2020 12:46:51