Descargar Imprimir esta página

Baker Hughes Consolidated 1900 Serie Manual De Instalación, Puesta En Marcha, Utilización Y Mantenimiento página 17

Ocultar thumbs Ver también para Consolidated 1900 Serie:

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 7
It-tagħmir li għadek kemm xtrajt kien iddisinjat, immanifatturat u ttestjat b'konformità mar-rekwiżiti essenzjali
tas-sigurtà tad-Direttivi Ewropej ATEX 2014/34/UE u
Aqra dawn l-istruzzjonijiet b'attenzjoni QABEL ma tinstalla, tuża jew tagħmel manutenzjoni fuq dan il- pressure relief
valve.
Prodotti intenzjonati għal installazzjoni f'atmosfera potenzjalment esplożiva ta' gass jew trab kombustibbli
jridu:
a)
Jiġu installati, imqiegħda fis-servizz u jingħataw manutenzjoni b'konformità mar-regolamenti nazzjonali u lokali
u skont ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-istandards rilevanti fir-rigward ta' atmosferi potenzjalment
esplożivi.
b)
Jiġu installati, imqiegħda fis-servizz u jingħataw manutenzjoni minn professjonisti kkwalifikati u kompetenti li
attendew għal taħriġ adattat għal istrumentazzjoni użata f'atmosferi potenzjalment esplożivi.
Taħt ċerti kundizzjonijiet tal-operat, l-użu ta' pressure relief valves bil-ħsara jista' jikkawża degradazzjoni tal-
prestazzjonijiet tas-sistema, li jista' jwassal għal korriment personali jew mewt.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur, biex tiggarantixxi li l-prodotti jkunu konformi mar-
rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà tad-Direttivi Ewropej imsemmija hawn fuq.
Manifattur:
Numru tas-Serje:
Deskrizzjoni tat-tip ta' valve (mudell):
Immarkar CE
II 2 G Ex h IIC TX Gb Ta X (Nota 1)
II 2 D Ex h IIIC TX Db Ta X (Nota 2)
Klassi tal-Konformità skont il-Livell ta' Protezzjoni "h"
Klassi tat-Temperatura: TX jiġi ddeterminat mit-temperatura ta' waqt it-tħaddim jew tal-fluwidu.
Temperatura Ambjentali Ta: Ara l-ispeċifikazzjonijiet tat-Ta għal kull klassi materjali tal-valve.
Marka X: Kundizzjonijiet speċjali għall-użu. Ċans ta' Periklu Elettrostatiku fuq il-wiċċ il-miżbugħ – ara l-
istruzzjonijiet taħt "INSTALLAZZJONI".
Nota 1: IIC jista' jkun immarkat bħala IIB jew IIA – Ara l-prodott għall-immarkar u struzzjonijiet dwar l-uċuħ miżbugħa taħt
"INSTALLAZJONI"
Nota 2: Il-protezzjoni mit-trab hija disponibbli biss għal dawn il-mudelli: 1900, 2900, 3900, 19000
Qabel ma tipproċedi bl-installazzjoni:
Neħħi l-pressure relief valve mill-ippakkjar b'attenzjoni u ċċekkja li ma jkunx fih ħsara. Fil-każ ta' kwalunkwe
ħsara, avża lill-manifattur.
Iċċekkja l-kompatibilità tat-tagħmir maż-żona tal-installazzjoni (Direttiva 99/92/KE).
AVVIŻ -Iċċekkja li t-temperatura massima tal-likwidu li jgħaddi minn ġol-valve ma taqbiżx it-temperatura
massima tal-wiċċ tal-klassi ta' temperatura T1 sa T6 fiż-żona fejn it-tagħmir ikun installat u l-limiti rakkomandati
mill-manifattur (ara katalgi disponibbli fuq is-sit tagħna tal-Internet fuq www.valves.bhge.com).
AVVIŻ -Jekk ikun applikabbli, ivverifika li t-temperatura massima ambjentali mhux se taqbeż it-temperatura
massima ambjentali permessa indikata fuq it-tikketta tal-manifattur tal-limit switch immuntat fuq il- valve
(70°C). Jekk ma jkun hemm l-ebda limit switch, it-temperatura massima ambjentali tkun it- temperatura
massima tal-media tal-operat.
Istruzzjonijiet għall-installazzjoni, start-up u manutenzjoni għal
Valves Consolidated™ f'atmosferi potenzjalment esplożivi
Serje 1900, 2900, 3900, 19000, 1700, 2700 u 1811
PED 2014/68/UE.
IMMARKAR
Data tal-manifattura:
Numru tal-fajl tekniku:
INSTALLAZZJONI
Jekk il-valve juża bellows, aċċerta ruħek li l-bonnet ikollu vent għal żona bla periklu.
AVVIŻ – Ċans ta' periklu elettrostatiku – permess biss fuq installazzjonijiet fissi, fejn tista' tiġi kkontrollata l-
istatika li tinġema' b'dan il-mod:
Uċuħ miżbugħa – naqqas il-ħxuna taż-żebgħa sa <0.2mm għal Grupp IIC, 2mm għal Grupp IIA jew IIB,
jew uża tip ta' żebgħa li toħloq wiċċ li jnaqqas l-istatika, li taqbel mal-ħtiġijiet tat-tqassim tat-tip <4kV
jew testijiet tar-reżistenza tal-wiċċ..
Jekk il-valve jiġi fornut b'limit switch, wettaq il-konnessjonijiet elettriċi tal-limit switch wara li tiċċekkja li l-
kundizzjonijiet lokali se jippermettu. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa għall-installazzjoni korretta u sigura tal-limit
switch huma disponibbli fl-istruzzjonijiet speċifiċi tal-ATEX li jkunu mal-istrument. Tista' wkoll tikseb aċċess għal
dawn l-istruzzjonijiet fuq is-sit tal-internet www.honeywell.com.
B'mod partikulari:
Aċċerta ruħek li l-installazzjoni tkun konformi mar-regolamenti u l-istandards applikabbli, u osserva l- parametri
tas-sigurtà tal-istrument.
Ikkonnettja l-valve u l-istrumenti elettriċi mal-earth ground.
Irrispetta l-polaritajiet tal-konnessjoni elettrika.
Uża cable entries li jkunu konformi maż-żona u l-mod ta' protezzjoni tal-istrument.
Qabel ma tpoġġi l-valve fis-servizz, żgura li l-valve ikun konness b'mod korrett u li s-siġilli kollha tal- manifattur ikunu
preżenti.
Uża l-valve fil-limiti tat-temperatura rakkomandati mill-manifattur (ara l-paragrafu dwar l-installazzjoni).
Tużax il-valve għal kwalunkwe applikazzjoni oħra ħlief dik speċifikata inizjalment.
Iċċekkja b'mod regolari li ma jkun hemm l-ebda tnixxija mill-valve inlet jew outlet.
Irrispetta l-istruzzjonijiet għall-użu ta' tagħmir elettriku.
Żgura li l-fluwidu ma jkunx fih materjal li x'aktarx li se joħloq xrar jekk in-naħa ta' ġewwa tal-valve tista' tiġi
kkunsidrata bħala żona ATEX.
Qabel ma twettaq xogħol ta' manutenzjoni, aċċerta ruħek li l-kundizzjonijiet lokali jkunu adattati għall-
operazzjonijiet: Kun żgur li tagħmir adattat tas-sigurtà u protezzjoni jkunu disponibbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati n-
natura tal-operazzjonijiet u ż-żona fejn ikunu se jitwettqu.
Wettaq l-operazzjonijiet ta' manutenzjoni b'konformità mal-istruzzjonijiet speċifiċi għall-prodott ikkonċernat.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur.
Neħħi depożiti ta' trab kombustibbli li tista' tifforma fuq kwalunkwe wċuħ esposti.
Biex tevita l-produzzjoni ta' xrar minħabba discharges elettrostatiċi, hu rakkomandat li ssegwi l- istruzzjonijiet
tal-kodiċi ta' prattika CLC/TR50404. Per eżempju, l-utent jipproċedi bit-tindif tal-apparat u t-tikketta tal-plastik,
billi juża biċċa drapp imxarrba. Għal raġunijiet ta' sigurtà, din l-operazzjoni tista' titwettaq biss meta l-
kundizzjonijiet lokali ma jkunux potenzjalment esplożivi.
Is-sorveljanza ta' tagħmir f'atmosferi potenzjalment esplożivi: huma konformi mar-regolamenti fis-seħħ
(Direttiva 99/92/KE).
11/2019
Maltese
GEA32105C-MT
START-UP
UŻU
MANUTENZJONI

Publicidad

loading