Gwida għall-Utent għal 3M™ Multi-Touch Display
232
L-informazzjoni f'dan id-dokument hija soġġetta għal tibdil mingħajr preavviż. L-ebda parti ta' dan id-dokument ma tista'
tiġi riprodotta jew trażmessa fi kwalunkwe forma jew permezz ta' kwalunkwe mezz, elettroniku jew mekkaniku, għal
kwalunkwe skop, mingħajr il-permess espress bil-mitkub ta' 3M Touch Systems, Inc. 3M jista' jkollha privattivi jew
applikazzjonijiet ta' privattivi pendenti, marki kummerċjali, drittijiet tal-awtur, jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali
oħrajn li jkopru l-kontenut f'dan id-dokument. L-għoti ta' dan id-dokument ma jagħtikx il-liċenzja għal dawn il-privattivi,
marki kummerċjali, drittijiet tal-awtur jew drittijiet ta' proprjetà intellettwali oħrajn minbarra kif ipprovdut espressament fi
kwalunkwe ftehim ta' liċenzja bil-miktub minn 3M Touch Systems, Inc.
L-informazzjoni pprovduta f'dan id-dokument hija maħsuba bħala gwida biss. Għall-aħħar speċifikazzjonijiet tal-
inġinerija dettaljati, jekk jogħġbok ikkuntattja l-Inġinier tal-Applikazzjoni tiegħek ta' 3M Touch Systems, Inc. 3M Touch
Systems, Inc. hija impenjata biex ittejjeb kontinwament id-disinji tal-prodotti tagħha. Bħala riżultat, l-ispeċifikazzjonijiet
tal-prodotti jistgħu jkunu soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż.
Iddisponi mid-displej u l-komponenti skont ma jitolbu r-regolamenti kollha lokali u tal-gvern applikabbli.
"Konformi mal-RoHS 2011/65/UE" tfisser li l-prodott jew parti ma fihiex sustanzi li jaqbżu l-valuri massimi ta'
konċentrazzjoni (maximum concentration values - "MCVs") fid-Direttiva tal-RoHS tal-UE 2011/65/UE, sakemm is-
sustanza mhijiex applikazzjoni li hija eżenti taħt l-UE RoHS. Il-MCVs huma skont il-piż f'materjali omoġenji. Din l-
informazzjoni tirrappreżenta l-għarfien u t-twemmin ta' 3M, li jistgħu jkunu bbażati kollha kemm huma jew parti
minnhom fuq l-informazzjoni pprovduta minn fornituri terzi lil 3M.
AVVIŻ: Minħabba l-varjetà ta' fatturi li jistgħu jaffettwaw l-użu u l-prestazzjoni ta' prodott ta' 3M Touch Systems, Inc. (il-
"Prodott"), inkluż li t-tagħmir fi stat solidu għandu karatteristiċi tal-operat differenti minn tagħmir elettromekkaniku, li uħud
mill-fatturi tiegħu huma unikament fl-għarfien u l-kontroll tal-Utent, huwa essenzjali li l-Utent jevalwa l-Prodott u s-softwer
ta' 3M Touch Systems, Inc. biex jiddetermina jekk huwiex adattat għall-iskop partikolari tal-Utent u adattat għall-metodu ta'
applikazzjoni tal-Utent. Id-dikjarazzjonijiet, l-informazzjoni tal-inġinerija/teknika u r-rakkomandazzjonijiet ta' 3M Touch
Systems, Inc. huma pprovduti għall-konvenjenza tal-Utent, iżda l-akkuratezza jew il-kompletezza tagħhom mhijiex
iggarantita. Il-prodotti u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. mhumiex iddisinjat speċifikament għall-użu f'apparat mediku
kif iddefinit mil-liġi federali tal-Istati Uniti. Il-prodotti u s-softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. ma għandhomx jintużaw f'tali
applikazzjonijiet mingħajr il-kunsens espress bil-miktub ta' 3M Touch Systems, Inc. L-utent għandu jikkuntattja r-
rappreżentant tal-bejgħ tiegħu jekk l-opportunità tal-Utent tinvolvi l-applikazzjoni ta' apparat mediku.
Avviż IMPORTANTI GĦAX-XERREJ: L-ispeċifikazzjonijiet huma soġġetti għal tibdil mingħajr preavviż. Dawn il-
Prodotti u softwer ta' 3M Touch Systems, Inc. huma ggarantiti li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet ippubblikati tagħhom mid-data
tad-dispaċċ u għall-perjodu ddikjarat fl-ispeċifikazzjoni. 3M Touch Systems, Inc. ma tagħti l-ebda garanzija addizzjonali,
espressa jew impliċita, li jinkludu iżda mhumiex limitati għal kwalunkwe garanziji impliċiti ta' kummerċjabilità jew
idoneità għal skop partikolari. L-utent huwa responsabbli biex jiddetermina jekk il-Prodotti u softwer ta' 3M Touch
Systems, Inc. humiex idonji għall-iskop partikolari tal-Utent u humiex adattati għall-metodu ta' produzzjoni tiegħu, inkluża r-
responsabblità tal-proprjetà intellettwali għall-applikazzjoni tal-Utent. Jekk il-Prodott, softwer jew midja tas-softwer tintwera
li ma tissodisfax il-garanzija ta' 3M Touch Systems, Inc., l-uniku obbligu ta' 3M Touch Systems, Inc. u r-rimedju esklussiv
tal-Utent u x-Xerrej ser ikun, għad-diskrezzjoni ta' 3M Touch Systems, Inc., it-tiswija jew is-sostituzzjoni tal-kwantità tal-
Prodott jew il-midja tas-softwer jew ir-rimborż tal-prezz tax-xiri. 3M Touch Systems, Inc. ma għandha l-ebda obbligu taħt il-
garanzija ta' 3M Touch Systems, Inc. għal kwalunkwe Prodott, softwer jew midja ta' softwer li jkun ġie mmodifikat jew li
jiġrilu l-ħsara minħabba użu ħażin, inċident, negliġenza jew operazzjonijiet jew assemblaġġi sussegwenti tal-manifattura
minn kwalunkwe persuna minbarra 3M Touch Systems, Inc. 3M Touch Systems, Inc. ma għandhiex tinżamm
responsabbli fi kwalunkwe azzjoni kontra tagħha fi kwalunkwe mod relatat mal-Prodotti jew softwer għal
kwalunkwe telf jew ħsara, kemm jekk dirett u mhux speċifikat, indirett, speċjali, inċidentali jew konsegwenzjali (li
jinkludu żmien ta' waqfien, telf ta' profitti jew avvjament) irrispettivament mit-teorija legali affermata.
Dritt tal-awtur © 2015 3M Id-drittijiet kollha riżervati.
Titolu tad-Dokument: Gwida għall-Utent għal 3M™ Multi-Touch C2167PW Display
Numru tad-Dokument: TSD-44310, Reviżjoni C
3M, il-lowgo ta' 3M logo, MicroTouch, u l-lowgo ta' MicroTouch huma jew marki kummerċjali rreġistrati jew inkella marki
kummerċjali ta' 3M fl-Istati Uniti u/jew pajjiżi oħrajn.
Il-prodotti ta' Windows u/jew Microsoft oħrajn imsemmija hawnhekk huma jew marki kummerċjali reġistrati jew inkella marki
kummerċjali ta' Microsoft Corporation fl-Istati Uniti u/jew pajjiżi oħrajn.
Linux hija marka kummerċjali reġistrata ta' Linus Torvalds fl-Istati Uniti u/jew pajjiżi oħrajn
Il-marki kummerċjali l-oħrajn kollha huma l-proprjetà tas-sidien rispettivi tagħhom.
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc. –
TSD-44310 REV C