3M PROTECTA Lanyard Manual Del Usuario página 142

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 48
2.5
KOMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta'
konnessjoni meta jkunu ġew iddisinjati li jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx lill-
gate mechanisms (mekkaniżmi ta' bibien) tagħhom li jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw
ruħhom. Ikkuntattja lil 3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbiltà. Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u
D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jirreżistu tal-anqas 22 kN (5,000 libbra). Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli
mal-komponenti tas-sistema ta' ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-
konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b'mod mhux intenzjonat (Ara Figura 4). Il-konnetturi għandhom
ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Huma meħtieġa snap hooks u carabiners li jingħalqu waħedhom (self-
locking).Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun marbut snap hook jew carabiner ikun ta' qies żgħir jew ikollu
forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta' konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook
jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li tinfetaħ il-bieba (B), u tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu
mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.6
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip
self-locking (jingħalqu waħedhom). Żgura li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin. Il-konnetturi
ta' 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott għall-
utent ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 5 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap hooks u
carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati
ma' D-rings ta' qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba (gate) jekk il-ganċ jew id-D-
ring jitmejlu jew iduru, sakemm is-snap hook użata ma tkunx mgħammra b'bieba ta' 16 kN (3,600 libbra).
C.
Meta jkun hemm tagħqid falz (false engagement), fejn il-qies jew il-forma tal-konnetturi li jidħlu ġo xulxin
mhumiex kompatibbli u, mingħajr konfermazzjoni viżwali, il-konnetturi jidhru li jkunu kompletament magħluqin.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew jekk jista' jsir roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
142

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido