3M DBI Sala KF71201466 Manual Del Usuario página 140

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 47
2.0 UŻU
2.1
PJAN TA' PROTEZZJONI U SALVATAĠĠ MINN WAQGĦA MILL-GĦOLI: Min iħaddem għandu jkollu Pjan
ta' Protezzjoni u Salvataġġ minn Waqgħa mill-Għoli fis-seħħ. Il-pjan għandu jipprovdi linji gwida u rekwiżiti
għal programm ta' protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li jinkludi policies,
responsabbiltajiet u taħriġ; proċeduri ta' protezzjoni għall-ħarsien minn waqgħa mill-għoli; kif jiġu eliminati u
kkontrollati l-perikli ta' waqgħa mill-għoli; proċeduri ta' salvataġġ; investigazzjonijiet ta' inċidenti; u l-evalwazzjoni
tal-effettività tal-programm.
2.2
FREKWENZA TA' SPEZZJONI: Il-Lanyards għandhom jiġu spezzjonati mill-ħaddiem
Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet għandhom isiru minn persuna kompetenti
xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta' spezzjonijiet minn
persuna kompetenti. Il-persuna kompetenti għandha tiddetermina it-tul xieraq tal-intervalli ta' spezzjoni. Il-proċeduri
ta' spezzjoni huma spjegati fir-Reġistru ta' Spezzjoni u Manutenzjoni (Tabella 2). Ir-riżultati ta' kull spezzjoni minn
Persuna Kompetenti għandhom jiġu rrekordjati fir-Reġistru ta' Spezzjoni u Manutenzjoni jew irrekordjati bis-sistema ta'
Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID).
2.3
KOMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI: Jekk mhux notifikat mod ieħor, it-tagħmir ta' 3M huwa maħsub għall-użu
ma' komponenti u subsistemi approvati ta' 3M biss. Sostituzzjonijiet jew tibdil li jsir b'komponenti jew subsistemi
mhux approvati jistgħu jipperikolaw il-kompatibbiltà tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-
sistema sħiħa.
2.4
KOMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta'
konnessjoni meta jkunu ġew iddisinjati li jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx lill-
gate mechanisms (mekkaniżmi ta' bibien) tagħhom li jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw
ruħhom. Ikkuntattja lil 3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbiltà. Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u
D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jirreżistu tal-anqas 22 kN (5,000 libbra). Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli
mal-komponenti tas-sistema ta' ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-
konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b'mod mhux intenzjonat (Ara Figura 4). Il-konnetturi għandhom
ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Huma meħtieġa snap hooks u carabiners li jingħalqu waħedhom (self-
locking).Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun marbut snap hook jew carabiner ikun ta' qies żgħir jew ikollu
forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta' konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook
jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża li tinfetaħ il-bieba (B), u tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu
mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.5
BIEX TAGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip
self-locking (jingħalqu waħedhom). Żgura li l-konnessjonijiet kollha huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin. Il-konnetturi
ta' 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott għall-
utent ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 5 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap hooks u
carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati
ma' D-rings ta' qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba (gate) jekk il-ganċ jew id-D-
ring jitmejlu jew iduru, sakemm is-snap hook użata ma tkunx mgħammra b'bieba ta' 16 kN (3,600 libbra).
C.
Meta jkun hemm tagħqid falz (false engagement), fejn il-qies jew il-forma tal-konnetturi li jidħlu ġo xulxin
mhumiex kompatibbli u, mingħajr konfermazzjoni viżwali, il-konnetturi jidhru li jkunu kompletament magħluqin.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew jekk jista' jsir roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
1 Ħaddiem: Kull persuna li tiġi protetta minn waqgħa mill-għoli b'sistema ta' protezzjoni minn waqgħa mill-għoli attiva; jew, fil-każ ta' Sistema ta' twaqqif ta'
waqgħa mill-għoli; persuna li tista' taqa' mill-għoli waqt li tkun marbuta mas-sistema.
2 Persuna Kompetenti: Individwu mqabbad minn min iħaddem biex ikun responsabbli għas-superviżjoni immedjata, l-implimentazzjoni, u l-monitoraġġ tal-
programm tal-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li, permezz ta' taħriġ u għarfien, huwa kapaċi li jidentifika, jivvaluta, u
jindirizza perikli eżistenti jew potenzjali ta' waqgħa mill-għoli, u li għandu l-awtorizzazzjoni ta' min iħaddem li jieħu azzjoni korrettiva fil-pront fir-rigward ta' tali
perikli.
li ma tkunx l-utent. Kundizzjonijiet ta'
2
140
kull darba qabel jużahom.
1

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Este manual también es adecuado para:

1201466

Tabla de contenido