Descargar Imprimir esta página

TM RTM3 Instrucciones De Uso página 29

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 6
5. Simboli
Tużax griż, lubrifikanti jew żjut
Ara t-tikketta tal-istruzzjonijiet
Nru tas-serje mnaqqax fuq l-apparat:
AAMMxxxx
AA : Sena tal-manifattura, MM : Xahar tal-manifattura, xxxx : Numru tal-
unità
Manifattur
6. Struzzjonijiet tas-Sigurtà
-
Biex tevita kwalunkwe riskju ta' nirien jew splużjoni:
 Tpejjipx fil-viċinanzi.
 Tużax qrib punt ta' tqabbid.
 Tqegħedx l-apparat f'kuntatt ma' prodotti grassi.
 Tmissx l-apparat b'idejn żejtnin.
 Iżżarmax apparat taħt pressjoni.
-
Toħloqx restrizzjonijiet fl-iżbokk tal-ħruġ tal-apparat mediku.
-
L-effett tal-pressjoni: Oqgħod attent/a, iċċekkja l-pressjoni li dieħla fl-apparat. Jekk il-pressjoni dieħla ma tkunx fil-limiti
indikati fuq l-apparat, il-fluss jista' jaqbeż il-marġni tal-istandard awtorizzat.
-
L-effett tat-temperatura: Niġbdulek l-attenzjoni li l-varjazzjoni fit-temperatura ambjentali (bejn 0°C u 40°C) għandha
impatt fuq il-preċiżjoni tal-flussi pprovduti.
-
Iżżarmax il-konnessjonijiet tad-dħul jew tal-ħruġ tal-apparat.
-
Agħmel ċert li l-apparat ikun dejjem f'pożizzjoni vertikali.
-
Attenzjoni! Iddaħħalx ilma fil-miter tal-fluss meta ġġorr ma' umidifikatur; dejjem ħoll l-umidifikatur qabel timmaniġġja.
7. Tindif u diżinfettar
-
Skonnettja l-apparat minn mas-sors ta' provvista tal-gass.
-
Naddaf l-apparat minn barra b'ċarruta nadifa, kemxejn imxarrba b'ilma bis-sapun. Laħlaħ l-apparat u mbagħad ħallih
jinxef.
-
Tgħaddasx l-apparat fl-ilma.
-
Tużax diżinfettant b'bażi ta' alkoħol.
-
F'każ li tuża diżinfettant:
 iċċekkja li jkun kompatibbli mal-plastik tal-apparat (polijamid, polipropilen u ABS) qabel tużah.
 iċċekkja u segwi l-indikazzjonijiet tal-użu tiegħu (konċentrazzjoni, dilwizzjoni, ħin ta' kuntatt, eċċ.).
-
Jekk ikun meħtieġ, ikkuntattja lill-manifattur għal kwalunkwe mistoqsija relatata ma' dawn l-istruzzjonijiet ta' tindif u
diżinfezzjoni.
8. Ħażna
Bejn -20 u +60°C f'post xott u nadif.
Jekk jista' jkun żommu fil-kaxxa tiegħu.
9. Manutenzjoni
Mhemmx manutenzjoni ta' prevenzjoni fuq l-RTM3 sakemm idum tajjeb għall-użu.
Persuna awtorizzata minn Technologie Médicale biss tista' żżarma l-apparat.
Technologie Médicale tirrakkomanda li ssir verifika kull sena tal-apparat:
 Iċċekkja li l-apparat huwa mqabbad tajjeb mas-sors ta' mal-ħajt jew mal-iżbokk tal-pressa tar-regolatur.
 Iċċekkja l-iżbokk tal-gass ix-xieraq b'rati ta' fluss differenti.
 Iċċekkja għal tnixxijat meta l-valv ikun magħluq.
10. Garanzija
Apparat garantit għal sena, parts u xogħol, ħlief f'każ ta' ħsara jew ta' inċident ikkawżat minħabba negliġenza, użu ħażin,
nuqqas ta' superviżjoni jew ta' manutenzjoni.
Żmien kemm idum tajjeb: 10 snin
Data tat-twaħħil tal-ewwel marka
jew riskju ta' inċident għandu jiġi rrapportat minnufih lil TECHNOLOGIE MEDICALE.
: 2007
Skont id-Direttiva Ewropea 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993, kull inċident
MT

Publicidad

loading

Productos relacionados para TM RTM3

Este manual también es adecuado para:

Rtm3 duo