Descargar Imprimir esta página

Użu Maħsub; Sigurtà Tal-Prodott U Pittogrammi - Lukas eWXT Manual De Instrucciones

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 46
1. UŻU MAĦSUB
Il-prodott deskritt f'dan id-dokument huwa tagħmir elettro-idrawliku ta' salvataġġ�
Huwa maħsub għas-salvataġġ ta' persuni jew propjetà f'każ ta' inċidenti tat-traffiku,
diżastri naturali jew operazzjonijiet oħra ta' salvataġġ� It-tagħmir ta' salvataġġ
m'għandu qatt jintuża biex jitgħollew oġġetti�
L-użu huwa permess esklussivament flimkien ma' aċċessorji LUKAS oriġinali�
Il-manifattur mhux responsabbli għal danni kkawżati minn użu mhux kif maħsub�
L-utent huwa l-uniku responsabbli għat-tali użu�
It-tagħmir LUKAS eWXT huwa xieraq għall-użu taħt l-ilma�
2. SIGURTÀ TAL-PRODOTT U PITTOGRAMMI
Is-sigurtà tal-operatur hija l-aktar konsiderazzjoni importanti fid-disinn tal-prodott�
Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet tat-tħaddim jgħinu biex il-prodotti LUKAS jintużaw
b'mod sigur mingħajr periklu�
Minbarra l-istruzzjonijiet tat-tħaddim, l-utenti għandhom josservaw ir-regolamenti
ġenerali, legali u oħrajn applikabbli għall-prevenzjoni ta' inċidenti u għall-ħarsien
tal-ambjent, u jiġu mħarrġa fuqhom�
It-tagħmir jista' jitħaddem esklussivament minn persuni kwalifikati u mħarrġa fis-
sigurtà, għax inkella jkun hemm riskju ta' korriment�
Aħna nagħtu parir lill-utenti kollha biex jaqraw b'attenzjoni l-istruzzjonijiet tat-
tħaddim qabel ma jużaw it-tagħmir� L-istruzzjonijiet kollha għandhom jiġu segwiti
mingħajr restrizzjonijiet�
Nirrakkomandaw ukoll li l-utent jiġi mħarreġ minn għalliem kwalifikat fl-użu tal-
prodott
Osserva l-istruzzjonijiet tat-tħaddim għall-batterija tal-jone tal-litju!
Dawn jinsabu fuq www�akku-power�com
L-istruzzjonijiet tat-tħaddim tal-aċċessorji għandhom jiġu osservati!
Iżgura li l-aċċessorji użati huma ddisinjati għall-pressjoni operattiva
massima tat-tagħmir ta' salvataġġ�
Qatt taħdem f'kundizzjoni ta' għeja jew intossikazzjoni!
Uża biss it-tagħmir hekk kif deskritt fil-kapitlu "Użu maħsub"�
Iżgura li ebda parti tal-ġisem jew ħwejjeġ ma tidħol bejn il-partijiet li
jiċċaqalqu tat-tagħmir�
It-tagħmir għamdu jintmess biss mill-mankijiet jew mill-ilqugħ�
Il-vireg tal-pistuni taċ-ċilindri ta' salvataġġ m'għandhomx jintmissu!
de
en
fr
es
pt
it
nl
da
sv
fi
el
pl
cs
sk
hu
ro
bg
sl
hr
et
lv
lt
ga
mt
zh
ko
ja
ar
327

Publicidad

loading