405
Kif Tikkonfigura d-Displej
Wara li tqabbad il-Multi-Touch Display tiegħek u tixgħel il-kompjuter, jista' jkollok
bżonn tikkonfigura d-displej. Il-konfigurazzjoni ideali għall-Multi-Touch Display hija dik
li ġejja:
•
Modalità tad-displej (riżoluzzjoni tal-vidjow) 1920 x 1080
•
Rata ta' aġġornament (sinkronizzazzjoni vertikali) 60 Hz
•
Qawwa tal-kulur (numru tal-kuluri) tal-anqas 16-bit (kulur brillanti)
Kif taġġusta d-Displej tal-Vidjow tal-Multi-Touch Chassis
Il-kontrolli biex taġġusta d-displej tal-vidjow jinsabu fuq in-naħa ta' wara tal-Multi-
Touch Chassis Display. Dawn il-buttuni jħalluk tara l-menu ta' fuq l-iskrin menu biex
taġġusta l-immaġni tal-vidjow. Qabel tagħmel xi aġġustament:
•
Aġġusta l-kontrolli fil-kundizzjonijiet tad-dawl normali.
Uri immaġni jew disinn ta' prova kull meta tkun qed taġġusta l-vidjow.
•
Displej ta' fuq l-Iskrin
Il-Multi-Touch Chassis Display tiegħek għandu seba' kontrolli biex taġġusta d-displej tal-
vidjow.
POWER SOURCE
Power (dawl) -- Jixgħel u jitfi d-displej.
Source (sors) -- Jagħżel is-sors tal-input applikabbli: VGA, HDMI, Port tad-displej, jew
DVI. Il-konfigurazzjonijiet huma ssejvjati awtomatikament.
Up (fuq) -- Agħfas biex tara l-menus u biex tmur mill-għażla tal-menu għal għażliet
speċifiċi.
Down (isfel) -- Agħfas biex tara l-menus u biex tmur mill-għażla tal-menu għal għażliet
speċifiċi.
(sinjal pożittiv) -- Agħfas biex tgħolli l-volum.
+
- (sinjal negattiv) -- Agħfas biex tnaqqas il-volum.
Menu -- Juri jew jaħbi l-menu tad-displej ta' fuq l-iskrin u jaġixxi bħala t-tast Select
(għażel) meta tiskrollja l-għażliet tal-menu. Irreferi għan-Navigazzjoni tal-Menu hawn
taħt għal aktar informazzjoni.
Jekk ma tagħfas xi buttuna, il-programm biex taġġusta d-displej jiskadilu l-ħin
(aġġustabbli sa 30 sekonda) u jaħbi l-għażliet tal-menu. Agħfas il-buttuna Menu fi
kwalunkwe ħin biex terġa' tara l-għażliet.
Jekk tagħfas Menu ser tara l-menus tad-Displej ta' fuq l-Iskrin (On Screen Display, OSD) biex
tikkontrolla l-Picture (stampa), il-Colour (kulur), id-Display (displej), l-OSD Settings
(konfigurazzjonijiet tal-OSD), u s-Setup (konfigurazzjonijiet), kif muri hawn taħt.
All manuals and user guides at all-guides.com
Gwida għall-Utent għal 3M™ Multi-Touch Chassis Display
UP
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
-
+
DOWN
MENU