INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ
MT
Jekk jogħġbok aqra, ifhem, u segwi l-informazzjoni dwar is-sigurtà kollha li tinstab f'dawn l-istruzzjonijiet qabel l-użu ta' din
is-Sistema Vertikali. JEKK TONQOS LI TAGĦMEL HEKK, DAN POSSIBBILMENT JISTA' JIRRIŻULTA F'KORRIMENT SERJU JEW MEWT.
Dawn l-istruzzjonijiet jeħtieġ li jingħataw lill-utent ta' dan it-tagħmir. Żomm dawn l-istruzzjonijiet biex tkun tista' tirreferi għalihom
fi l-futur.
Użu Intenzjonat:
Din is-Sistema Vertikali hija intenzjonata li tintuża bħala parti minn sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa personali kompluta.
L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra inklużi, iżda mhux limitati għal, immaniġġjar ta' materjal, attivitajiet rikreazzjonali jew relatati mal-isport,
jew attivitajiet oħra mhux deskritti fl -Istruzzjonijiet tal-Prodott, mhuwiex approvat minn 3M u jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt.
Dan it-tagħmir għandu jintuża biss minn utenti mħarrġa f'applikazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
!
TWISSIJA
Din is-Sistema b'Ħabel Flessibbli/Virga Riġida hija parti minn sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa personali. Huwa mistenni li l-utenti kollha jkunu
mħarrġa b'mod sħiħ fl -installazzjoni u l-operazzjoni siguri tas-sistemi ta' protezzjoni kontra waqgħa personali tagħhom. L-użu ħażin ta' dan
it-tagħmir jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt. Għal għażla, operazzjoni, installazzjoni, manutenzjoni, u servizz kif suppost, irreferi għal
dawn l-Istruzzjonijiet tal-Prodott u għar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-manifattur, kellem lil superviżur, jew ikkuntattja lis-Servizzi Tekniċi ta' 3M.
•
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol b'Sistema ta' Ħabel Flessibbli/Virga Riġida li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu
għal korriment serju jew mewt:
-
Spezzjona l-komponenti kollha tas-sistema qabel kull użu, mill-inqas darba fi s-sena, u wara kwalunkwe avveniment ta' waqgħa.
Spezzjonahom skont l-Istruzzjonijiet tal-Prodott.
-
Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża f'komponent tas-sistema, neħħi l-komponent mis-servizz u eqirdu.
-
Kwalunkwe Sistema ta' Ħabel Flessibbli/Virga Riġida li kienet suġġetta għal waqfi en ta' waqgħa jew forza ta' impatt jeħtieġ li titneħħa
mis-servizz immedjatament u l-komponenti kollha jeħtieġ li jiġu spezzjonati minn Persuna Kompetenti qabel jerġgħu jintużaw.
-
Tqabbdux mas-sistema waqt li qed jiġi installat.
-
Żgura li s-sistema hija kklassifi kata kif xieraq għall-għadd ta' utenti fl -istess ħin.
-
Meta tkun qed tispakkja l-ħabel dan jista' jkun li malajr ma jibqax imkebbeb. Uża proċeduri tas-sigurtà tajbin u tagħmir ta' protezzjoni
personali xieraq meta tispakkja l-ħabel.
-
Uża konnetturi approvati biss biex tqabbad l-irbit tas-sikurezza għall-ġisem mas-sistema. Tuża l-ebda apparat konnettiv addizzjonali.
-
Uża biss il-ħabel speċifi kat u approvat fl -Istruzzjonijiet tal-Prodott.
-
Tinterferixxix mal-azzjoni li ssakkar tal-apparat tax-shuttle/sleeve. Immanipula l-apparat biss biex tqabbad u taqalgħu mis-sistema.
-
Dejjem żomm tliet punti ta' kuntatt meta tkun qed tixxabbat. Irreferi għall-Istruzzjonijiet tal-Prodott għal aktar informazzjoni dwar
it-teknika t-tajba tat-tixbit.
-
Żgura li s-sistemi/subsistemi ta' protezzjoni kontra waqgħa assemblati minn komponenti magħmula minn manifatturi differenti huma
kompatibbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards applikabbli, inkluż ANSI Z359 jew kodiċi, standards, jew rekwiżiti tal-protezzjoni kontra
waqgħa oħrajn applikabbli. Dejjem ikkonsulta Persuna Kompetenti u/jew Ikkwalifi kata qabel tuża dawn is-sistemi.
•
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol fl -għoli li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment serju jew mewt:
-
Żgura li saħħtek u l-kundizzjoni fi żika tiegħek jippermettulek tissapporti b'mod sigur il-forzi kollha assoċjati max-xogħol fl -għoli.
Ikkonsulta lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet rigward il-kapaċità tiegħek li tuża dan it-tagħmir.
-
Qatt taqbeż il-kapaċità permessa tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Qatt taqbeż id-distanza ta' waqgħa mingħajr kontroll (free fall) massima tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Tuża l-ebda tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa li jfalli l-ispezzjoni ta' qabel l-użu jew spezzjonijiet skedati oħra, jew jekk għandek
tħassib dwar l-użu jew l-adegwatezza tat-tagħmir għall-applikazzjoni tiegħek. Ikkuntattja lis-Servizzi Tekniċi ta' 3M bi kwalunkwe
mistoqsijiet li għandek.
-
Xi kombinazzjonijiet ta' subsistemi u komponenti jistgħu jinterferixxu mal-operazzjoni ta' dan it-tagħmir. Uża konnessjonijiet kumpatibbli
biss. Ikkonsulta lil 3M qabel tuża dan it-tagħmir fl imkien ma' komponenti jew subsistemi oħrajn li mhumiex deskritti fl -Istruzzjonijiet
għall-Utent.
-
Ħu prekawzjonijiet addizzjonali meta taħdem madwar makkinarju li jiċċaqlaq (eż. il-magna rotatorja ta' riggijiet taż-żejt), perikli elettriċi,
temperaturi estremi, perikli kimiċi, gassijiet splussivi jew tossiċi, truf jaqtgħu jew bil-ponta, jew taħt materjali fuq rasek li jistgħu jaqgħu
fuqek jew fuq it-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Uża l-apparati ta' Arc Flash jew Hot Works meta taħdem f'ambjenti b'ħafna sħana.
-
Evita uċuħ u oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-utent jew lit-tagħmir.
-
Żgura li hemm distanza adegwata tal-waqgħa biex jaħdem it-tagħmir meta tkun qed taħdem fl -għoli.
-
Qatt timmodifi ka jew tagħmel tibdiliet fi t-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek. 3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub minn 3M
biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan l-apparat.
-
Qabel l-użu tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa, żgura li hemm fi s-seħħ pjan ta' salvataġġ li jippermetti li wieħed jiġi salvat malajr
jekk iseħħ inċident ta' waqgħa.
-
Jekk iseħħ avveniment ta' waqgħa, ikseb attenzjoni medika immedjatament għall-ħaddiem li waqa'.
-
Tużax ċineġ tal-irbit għall-ġisem għal applikazzjonijiet ta' waqfi en ta' waqgħa. Uża biss Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu.
-
Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
-
Jekk qed tagħmel tħarriġ b'dan l-apparat, għandha tintuża sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa sekondarja b'mod li ma jesponix lil min
qed jitħarreġ għal periklu ta' waqgħa mhux intenzjonata.
-
Dejjem ilbes tagħmir protettiv personali xieraq meta tinstalla, tuża, jew tispezzjona t-tagħmir/is-sistema.
NRU. TAL-FORMOLA: 5908247 REV: A
126