Descargar Imprimir esta página

Thule 5562029001 Manual De Instrucciones página 48

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 10
• Il-piż totali permessibbli li jista' jitgħabba'
fuq il-vettura kkonċernata ma jistax jinqabeż.
L-istruzzjonijiet tal-manifattur tal-vettura
fir-rigward tal-piż massimu għal fuq is-saqaf
iridu jiġu segwiti.
• Kalkolu tat-tagħbija li tista' titgħabba' fuq
is-saqaf:
Il-piż tal-ixtilliera tas-saqaf
+ il-piż tat-tinda ta' fuq is-saqaf
+ piż tat-tagħbija
= it-tagħbija disponibbli għal fuq is-saqaf
• L-għoli tal-vettura kkonċernata jista' jiżdied sa
600 mm (skont l-ixtilliera tas-saqaf użata)
• Oqgħod attent għad-daħla tal-garaxx li tista'
tkun baxxa, għal daħliet baxxi b'mod ġenerali,
għal fergħat imdendlin fil-baxx, eċċ!
• Għal raġunijiet ta' ekonomija tal-fjuwil u
s-sikurezza tal-utenti l-oħra tat-triq, it-tinda ta'
fuq is-saqaf u l-ixtilliera tas-saqaf għandhom
jitneħħew meta ma jkunux qed jintużaw.
• Għas-sikurezza tiegħek stess, inti għandek tuża
biss xtillieri tas-saqaf li jkunu ġew ittestjati (eż.
test GS) u li huma awtorizzati sabiex jintużaw
mal-vettura tiegħek.
• Sabiex jiġi evitat li jiġu ġġenerati forzi ta' rfigħ
eċċessivi, it-tinda ta' fuq is-saqaf għandha tiġi
immuntata b'mod parallel mal-linja tat-triq u
mhux b'mod angolat.
• Jekk ma tingħata l-ebda pożizzjoni speċjali tat-
twaħħil fl-istruzzjonijiet tal-assemblaġġ, ipprova
żomm distanza minima ta' 700 mm bejn il-vireg
tal-ixtilliera tas-saqaf. Jekk jogħġbok innota li
mhumiex permessi bidliet (eż. toqob bid-drill
addizzjonali) fis-sistema tat-twaħħil tat-tinda ta'
fuq is-saqaf.
• Minbarra dawn l-istruzzjonijiet tat-tinda ta' fuq
is-saqaf, għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni
għall-istruzzjonijiet tal-immuntar tal-ixtilliera tas-
saqaf ikkonċernata u l-istruzzjonijiet tat-tħaddim
tal-vettura kkonċernata.
It-tinda miftuħa
• ŻOMM IS-SORSI KOLLHA TA' FJAMMI U TA'
SĦANA 'L BOGĦOD MID-DRAPP TAT-TINDA.
It-tinda tissodisfa r-rekwiżiti tal-fjammabbiltà ta'
CPAI-84 u CGSB 182-1. Id-drapp jista' jinħaraq
jekk jitħalla f'kuntatt kontinwu ma' kwalunkwe
sors ta' fjammi. L-applikazzjoni ta' kwalunkwe
sustanza estranja għad-drapp tat-tinda tista'
tirrendi ineffettivi l-proprjetajiet reżistenti
għall-fjammi.
• Tużax apparati li jaħarqu l-fjuwil jew li
jikkunsmaw l-ossiġnu ġewwa jew qrib it-tinda.
Dawn jinkludu x-xemgħat, il-fanali tal-gass,
il-lampi tal-pitrolju u apparati tat-tisjir u tat-tisħin.
• Tpoġġix it-tinda ħdejn ħuġġieġa jew xi sors
ieħor ta' fjamma. Żomm 'il bogħod minnhom
mill-inqas 19-il pied / 6 m.
48
• Periklu ta' waqgħa jew strangolazzjoni - Qatt
tħalli t-tfal waħedhom mingħajr sorveljanza
fit-tinda.
• Is-sellum irid jibqa' f'postu biex jissapportja
t-tinda.
• Tneħħix is-sellum minn postu waqt li t-tinda
tkun qed tintuża.
• Aqra u segwi t-twissijiet u l-istruzzjonijiet
rigward is-sellum.
• Oqgħod attent waqt li tkun tiela' u nieżel
bis-sellum.
Manutenzjoni
• It-tinda ta' fuq is-saqaf għandha titnaddaf u tiġi
miżmuma b'attenzjoni. Għal dan il-għan, uża
biss taħlita ta' ilma u likwidi standard tal-ħasil
tad-dar mingħajr ebda alkoħol, bliċ jew addittivi
tal-ammonju għax inkella l-wiċċ tat-tinda ta' fuq
is-saqaf tista' ssirlu l-ħsara.
• Għat-tined tal-qoxra iebsa, huwa rrakkomandat
li tapplika kisja tax-xama' regolarment sabiex
jinżamm wiċċ ileqq.
• It-tined Thule huma reżistenti ħafna għall-ilma.
L-umdità li tinstab ġewwa t-tinda x'aktarx
li tiġi kkawżata mill-kondensazzjoni. Biex
timminimizza l-ammont tal-kondensazzjoni, trid
dejjem iżżomm it-twieqi jew il-ventijiet miftuħa.
Evita wkoll li żżomm il-ħwejjeġ imxarrba ġewwa
t-tinda.
• Id-drappijiet tat-tined Thule għandhom kisja
reżistenti għall-ilma u ħjatat issiġillati biex
jipprevjenu l-ilma milli jidħol fit-tinda waqt l-użu
normali. Huwa rrakkomandat li perjodikament
tiksi t-tinda b'saff addizzjonali ta' sprej li ma
jgħaddix l-ilma minnu jew iżżid sealer tal-ħjatat
biex iżżomm ir-reżistenza għall-ilma. Dawn
l-oġġetti huma komunement misjuba fil-ħwienet
ta' prodotti tal-attivitajiet fil-beraħ.
• Dejjem nixxef sewwa t-tinda ta' fuq is-saqaf
qabel tagħlaqha. Jekk tonqos milli tagħmel dan
tista' tikkawża l-iżvilupp tal-moffa.
• Qabel it-tinda, erfa' s-saqqu u kun żgur li n-naħa
ta' taħt hija niexfa.
• Iġbed iż-żippijiet b'mod ġentili, u tisforzahomx,
minħabba li dan jista' jagħmel ħsara liż-żippijiet.
Jekk żipp iikun diffiċli biex jingħalaq, iċċekkja
biex tiżgura li m'hemmx drapp maqbud fiż-żipp
u qabbad lil xi ħadd jgħinek biex titnaqqas it-
tensjoni billi jiġbed iż-żipp flimkien.
• Żomm iż-żippijiet ħielsa mill-ħmieġ
u perjodikament illubrikahom bi sprej tas-silikon.
• Naddaf il-ħmieġ mis-sellum qabel tagħlaq
it-tinda. Is-sellum jista' jiġi llubrikat bi sprej
tas-silikon.
• Kun żgur li t-tinda tkun niexfa kompletament
qabel tinħażen. Aħżen it-tinda f'ambjent niexef
u frisk li huwa ħieles mid-dawl dirett tax-xemx.
It-tinda ta' fuq is-saqaf m'għandhiex tinħażen
5562029001

Publicidad

loading