4L0019900B_901A_Buch 1.book Seite 149 Freitag, 15. Juni 2012 10:18 10
7.5
Tneħħija tas-Sedil tat-Trabi (Ċinturini tal-Karozzi)
► Agħfas il-lieva tal-aġġustament (12) u dawwar il-manku tal-ġarr (8) għal pożizzjoni ta' fuq
(pożizzjoni tal-ġarr).
■ Il-manku tal-ġarr għandu jinstema' jissakkar f'postu.
► Iftaħ il-bokkla taċ-ċinturin tal-karozza billi tagħfas il-buttuna u poġġi lura ċ-ċinturin tal-karozza fil-
pożizzjoni oriġinali tiegħu.
► Neħħi s-sedil tat-trabi mill-karozza bl-użu ta' manku tal-ġarr (8).
7.6
Tneħħija tal-Bażi ISOFIX
Għal iżjed informazzjoni dwar kif għandu jitneħħa l-Bażi ISOFIX, irreferi għall-manwal tal-utent
inkluż.
8
Tindif u Manutenzjoni
► L-għata tista' titneħħa u titnaddaf skont it-tikketta tal-ħasil. Osserva l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta
tal-ħasil.
Il-ħasil jista' jneħħi l-kulur mill-materjal tal-għata.
► Naddad il-partijiet tal-plastik bl-użu ta' sapuna ħafifa.
149
Tużax solventi jew sustanzi simili.