Struzzjonijiet ġenerali dwar is-sikurezza
• Uża l-valvola biss:
- skont l-għan maħsub
- f'kondizzjoni tajba, mingħajr ħsarat/danni
- b'attenzjoni għas-sigurtà u l-perikli
• L-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għandhom jiġu obduti.
• It-tappijiet protettivi u t-tagħmir għall-irbit waqt it-trasport għandhom jitneħħew
kollha, dritt qabel l-assemblaġġ.
• Flimkien mal-linji gwida ġenerali li japplikaw għall-assemblaġġ għandek ukoll
tiżgura li s-sistema tkun bla pressa qabel iżżarma l-valvola tas-sigurtà. Barra
minn hekk, is-sistema għandha tiġi żvojtata u vventilata f'każ ta' sustanzi
aggressivi u korrużivi. It-temperatura tal-valvola tas-sigurtà għandha tkun
l-istess bħal tal-kamra.
• Ħsarat li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza għandhom jiġu kkoreġuti minnufi h.
• Il-valvi huma ddisinjati esklussivament għaż-żoni ta' użu elenkati f'dawn
l-istruzzjonijiet ta' installazzjoni. Kwalunkwe użu ieħor jew kwalunkwe użu estiż
huwa meqjus mhux xieraq.
• It-tneħħija tas-siġill irendi l-garanzija tal-fabbrika nulla.
• Ix-xogħol kollu ta' installazzjoni għandu jsir minn professjonisti awtorizzati.
• Dan il-Manwal għat-Tħaddim m'għandux jitqies bħala sostituzzjoni għar-
regolamenti nazzjonali dwar il-prevenzjoni ta' inċidenti u r-regolamenti tas-
sigurtà speċifi ċi tal-post. Dawn għandhom dejjem preċedenza.
• Huwa assolutament projbit li twettaq modifi kazzjonijiet fuq il-fi tting. Dan japplika
b'mod partikolari għat-tħaffi r ta' toqob jew it-twaħħil ta' oġġetti bl-iwweldjar.
• Il-punti li ġejjin għandhom jiġu osservati kull meta titwettaq il-manutenzjoni:
- Fil-każ ta' xogħlijiet ta' tiswija u ta' manutenzjoni fuq valvs awtomatizzati,
trid tkun żgurata interruzzjoni sigura tal-provvista tal-enerġija tas-sistemi ta'
propulsjoni.
- Jekk is-sistema għandha xi pads tal-pressjoni, żarmahom u iżgura li l-pajpijiet
jiġu żvojtati. Il-persuna li twettaq dan għandha tiġi informata dwar il-perikli li
jistgħu jinqalgħu minn residwi tal-prodott operattiv.
- Għandu jintlibes tagħmir protettiv personali xieraq u suffi ċjenti. Dan jinkludi
żraben protettivi, gogils protettivi, ingwanti protettivi, eċċ.
- Għandhom jitwaqqfu miżuri u mezzi xierqa sabiex tiġi eskluża l-possibbiltà ta'
startjar mill-ġdid aċċidentali tas-sistema.
Assembly and maintenance instructions - 4000
mt
www.goetze-armaturen.de