LG PC09SQNSJ Manual Del Usuario página 265

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 28
ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI GĦAS-SIGURTÀ
4
• Installa l-pannell u l-kopertura tal-kaxxa tal-kontroll b'mod sigur. Hemm riskju ta'
nirien jew xokk tal-elettriku minħabba trab, ilma eċċ.
• Uża l-breaker jew il-fjus b'rati korretti. Hemm riskju ta' nirien jew xokk tal-elettriku.
• Tagħmilx modifiki jew ittawwal il-kejbil tal-elettriku. Jekk il-kejbil jew il-korda tad-
dawl tingiref jew titqaxxar jew tibda titmermer għandha tiġi mibdula. Hemm riskju
ta' nirien jew xokk tal-elettriku.
• Għal installazzjoni, tneħħija jew installazzjoni mill-ġdid, dejjem ikkuntattja lin-
negozjant jew lil Ċentru ta' Servizz Awtorizzat. Hemm riskju ta' nirien, xokk
tal-elettriku, splużjoni, jew korriment.
• Tinstallax il-prodott fuq struttura ta' installazzjoni difettuża. Kun żgur li ż-żona tal-
installazzjoni ma tiddeterjorax biż-żmien. Dan jista' jikkawża li jaqa' l-prodott.
• Qatt tinstalla l-unità ta' barra fuq bażi li tiċċaqlaq jew f'post li tista' taqa' minn fuqu.
Jekk taqa' l-unità ta' barra, tista' tikkawża dannu jew korriment jew anke l-mewt ta'
persuna.
• F'unità ta' barra il-kapasiter step-up jipprovdi elettriku ta' vultaġġ għoli fil-
komponenti tal-elettriku. Kun żgur li l-kapasiter tneħħilu ċ-ċarġ kompletament
qabel twettaq ix-xogħol ta' tiswija. Kapasiter iċċarġjat jista' jikkawża xokk tal-
elettriku.
• Meta tinstalla t-tagħmir, uża l-kitt tal-installazzjoni pprovdut mal-prodott. Inkella t-
tagħmir jista' jaqa' u jikkawża korriment serju.
• Il-konnessjonijiet tal-wajers fuq ġewwa/fuq barra għandhom ikunu mwaħħlin sew u
l-kejbil għandu jkun imqabbad sew sabiex ma jkun hemm ebda forza li tiġbed il-
kejbil mit-terminals tal-konnessjoni. Konnessjonijiet mhux korretti jew mhux
imwaħħlin sew jistgħu jikkawżaw il-ġenerazzjoni ta' sħana jew nirien.
• Armi l-materjal tal-ippakkjar b'għaqal. Bħal viti, imsiemer, batteriji, affarijiet
imkissra eċċ. wara l-installazzjoni jew l-svc u mbagħad qatta' u armi l-boroż tal-
plastik tal-ippakkjar. It-tfal jistgħu jilagħbu bihom u jkorru.
• Kun żgur li tiċċekkja r-refriġerant li se jintuża. Jekk jogħġbok aqra t-tikketta fuq il-
prodott. L-użu ta' refriġerant mhux korrett jista' jimpedixxi t-tħaddim normali
tal-unità.
• Dan it-tagħmir għandu jinħażen f'kamra fejn m'hemmx sorsi operattivi kontinwi ta'
tqabbid (pereżempju: fjammi miftuħa, apparat tal-gass li qed jaħdem jew ħiter tal-
elettriku mixgħul.)
• Tużax mezzi biex taċċellera l-proċess ta' titpin jew biex tnaddaf, għajr dawk
irrikmandati mill-manifattur.
• Tifqax jew taħraq is-sistema taċ-ċiklu tar-refriġerant.
• Kun konxju li r-refriġeranti jistgħu ma jkollhomx riħa.
• Żomm il-fetħiet ta' ventilazzjoni meħtieġa mingħajr ostakli.

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido