tal-prodott. Livelli baxxi ta' refriġerant jistgħu jikkawżaw ħsara fil-prodott.
• Kull persuna li hija involuta fil-ħidma jew id-dħul f'ċirkwit ta' refriġerant għandu
jkollu ċertifikat attwali validu minn awtorità tal-evalwazzjoni akkreditata mill-
industrija, li jawtorizza l-kompetenza tagħhom biex jimmaniġġjaw ir-refriġeranti
b'mod sigur skont speċifikazzjoni ta' evalwazzjoni rikonoxxuta mill-industrija.
• Ilbes apparat personali protettiv (APP) meta tinstalla, tagħmel manutenzjoni jew
service tal-prodott.
Tħaddim
• Tużax il-prodott għal skopijiet speċjali, bħal biex tippreserva l-ikel, xogħlijiet tal-
arti, eċċ. Dan huwa air conditioner għall-konsumatur u mhux sistema ta'
refriġerazzjoni bi preċiżjoni. Hemm riskju ta' dannu jew telf ta' proprjetà.
• Timblukkax minn fejn tidħol jew toħroġ l-arja. Dan jista' jikkawża ħsara fil-prodott.
• Uża ċarruta ratba biex tnaddaf. Tużax diterġenti ħarxa, solventi jew ilma li jtir eċċ.
Hemm riskju ta' nar, xokk tal-elettriku, jew ħsara fil-partijiet tal-plastik tal-prodott.
• Tmissx il-partijiet tal-metall tal-prodott meta tneħħi l-filtru tal-arja. Hemm riskju ta'
korriment personali.
• Tirfisx il-prodott u tpoġġi xejn fuqu. Hemm riskju ta' korriment
personali u ħsara tal-prodott.
• Dejjem daħħal il-filtru sew wara li tnaddfu. Naddaf il-filtru kull ġimgħatejn jew iktar
jekk ikun hemm bżonn. Filtru maħmuġ inaqqas l-effiċjenza.
• Iddaħħalx idejk jew oġġetti oħrajn minn fejn tidħol jew toħroġ l-arja waqt li l-air
conditioner ikun mixgħul. Hemm partijiet ippuntati u li jiċċaqilqu li jistgħu
jikkawżaw korriment personali.
• Oqgħod attent meta tispakkja u tinstalla l-prodott. It-truf ippuntati jistgħu jikkawżaw
korriment.
• Jekk il-gass refriġerant inixxi waqt it-tiswija, tmissx il-gass refriġerant li jkun qed
inixxi. Il-gass refriġerant jista' jikkawża seqi (infjammazzjoni tal-ġilda bil-ksieħ).
• Tinklinax it-tagħmir meta tneħħih jew taqilgħu minn postu. L-ilma kkondensat ġo
fih jista' jinxtered.
• Tħallatx arja jew gass li ma jkunx ir-refriġerant speċifikat użat fis-sistema. Jekk
tidħol arja fis-sistema tar-refriġerant, tirriżulta pressjoni eċċessivament għolja, li
tikkawża dannu jew korriment.
• Jekk il-gass refriġerant inixxi waqt l-installazzjoni, perreċ dik iż-żona
immedjatament. Inkella dan jista' jikkawża dannu għas-saħħa tiegħek.
• Meta żżarma l-unità, it-trattament taż-żejt refriġerant u l-partijiet eventwali għandu
jsir skont l-istandards lokali u nazzjonali.
• Biddel il-batteriji kollha fir-remote control b'oħrajn ġodda tal-istess tip. Tħallatx
batteriji antiki ma' batteriji ġodda jew ma' tipi ta' batteriji differenti. Hemm riskju ta'
nirien jew ta' ħsara fil-prodott.
ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI GĦAS-SIGURTÀ
7
(għal R32)