Foss Infratec Sofia Manual Del Usuario página 116

Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 85
Infratec™ Sofia
25 Tagħrif Dwar is-Sigurtà (MT)
25.1 Ġenerali
Jekk jogħġbok aqra l-manwal tal-utent bl-
attenzjoni u uża l-istrument kif inhu rakkomandat.
Segwi l-prekawzjonijiet kollha dwar is-sigurtà
skont l-istruzzjonijiet.
Simboli tas-Sigurtà
Spjegazzjoni tas-simboli ta' twissija użati f'dan
il-manwal.
Simbolu
Deskrizzjoni
Dan is-simbolu jirrappreżenta
periklu ġenerali.
Dan is-simbolu jirrappreżenta
wiċċ jaħraq.
Terminoloġija tas-Sigurtà
Spjegazzjoni tas-simboli tas-sigurtà użati f'dan il-
manwal.
Terminu
Deskrizzjoni
Twissija
Twissija tindika sitwazzjoni
potenzjalment perikoluża li, jekk
ma tiġix evitata, tista' tirriżulta
f'mewt jew f'korriment serju lill-
istaff. Aqra t-test li jakkompanja
s-sinjal ta' twissija biex tkun taf
dwar il-periklu speċifiku u tevita li
ssir ħsara lit-tagħmir jew ħsara
lis-sistema.
Attenzjoni
Sinjal ta' attenzjoni jindika
sitwazzjoni potenzjalment
perikoluża li, jekk ma tiġix evitata,
tista' tirriżulta fi ħsara lit-tagħmir
jew ħsara mhux intenzjonata lis-
sistema. Aqra t-test li
jakkompanja s-sinjal ta' attenzjoni
biex tkun taf dwar il-periklu
speċifiku u tevita li ssir ħsara lit-
tagħmir jew ħsara lis-sistema.
25.2 Prekawzjonijiet tas-Sigurtà
Twissija
Jekk jogħġbok ikkonsulta dan il-manwal fil-
każijiet kollha fejn jintuża dan is-simbolu
biex issib in-natura tal-periklu potenzjali.
Attenzjoni
L-erba' ċelluli jistgħu faċilment jaqgħu
mill-SHM u ssirilhom il-ħsara. Neħħi ċ-
ċelluli skont l-istruzzjonijiet iktar 'il fuq,
qabel ma tneħħihom jew tibdilhom.
Attenzjoni
Meta tneħħi jew tibdel l-SHM għal
skopijiet ta' manutenzjoni, għandek
toqgħod attent/a biex ma tużax forza
User Manual 6002 5350 / Rev. 6
eċċessiva meta tħoll jew torbot il-vit li
jkun qed iżommha fil-post. Minħabba
l-angolu li fih ir-ring spanner (10 mm)
jintuża, dan jista' jaqbad u jagħmel ħsara
lil parti mill-SHM.
Attenzjoni
Iċċaqlax l-SHM taħt l-ebda ċirkustanza
meta l-provvista tad-dawl tkun imqabbda
mal-istrument. Dan ser jagħmel ħsara lill-
mutur li jkun imqabbad mal-SHM.
Attenzjoni
Titfix il-provvista tad-dawl lill-Infratec
Sofia meta s-softwer tal-istrument ikun
qed jiġi aġġornat.
Attenzjoni
Hemm bżonn ta' ċerta forza biex tneħħi
l-modulu tal-bozza mill-istrument
minħabba rekwiżiti tal-protezzjoni mit-
trab u mill-ilma. Oqgħod attent/a biex ma
ġġebbidx iżżejjed il-kejbil li jikkonnettja
l-bozza mal-istrument.
Attenzjoni
Il-korp responsabbli għandu jkun konxju
mill-fatt li, jekk it-tagħmir jintuża b'mod li
ma jkunx speċifikat mill-manifattur, il-
protezzjoni pprovduta mit-tagħmir tista'
titnaqqas.
Attenzjoni
Jekk għatu ESD ikun ipprovdut, dan
għandu jiġi mmuntat fuq kwalunkwe port
li ma jkunx qed jintuża.
Attenzjoni
Tmissx il-ħġieġa tal-bozza jew ir-riflettur,
jew tħalli xi wiċċ mhux lixx imiss mal-
ħġieġa tal-bozza. Girfa mikroskopika fuq
il-ħġieġa tista' tikkawża splużjoni tal-
bozza iktar tard.
Attenzjoni
Infratec Sofia għandha tiġi kkonnettjata
jew ma' provvista tad-dawl ta' 12 V DC
(u MHUX 24 V DC) permezz ta' Foss P/N
60024388, jew ma' provvista tad-dawl
100-240 V AC permezz ta' adapter tal-
provvista tad-dawl Foss P/N 60024086
(inkella t-tikketta CE tal-istrument ma
tkunx tista' tiġi pprovduta). L-adapter tal-
provvista tad-dawl jista' jiġi kkonnettjat
biss ma' plagg tal-provvista tad-dawl li
jkollu ert protettiv.
Wiċċ Jaħraq
Il-modulu tal-bozza jsir jaħraq ħafna
minħabba t-temperatura għolja tal-operat.
Il-bozza tista' ssirilha l-ħsara wkoll mill-
marki tas-swaba' u minn residwi żejtnija.
25:1

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido