INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ
Jekk jogħġbok aqra, ifhem, u segwi l-informazzjoni dwar is-sigurtà kollha li tinstab f'dawn l-istruzzjonijiet
qabel l-użu ta' dan il-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija. JEKK TONQOS LI TAGĦMEL HEKK, DAN POSSIBBILMENT
JISTA' JIRRIŻULTA F'KORRIMENT SERJU JEW MEWT.
Dawn l-istruzzjonijiet jeħtieġ li jingħataw lill-utent ta' dan it-tagħmir. Żomm dawn l-istruzzjonijiet biex tkun
tista' tirreferi għalihom fil-futur.
Użu Intenzjonat:
Dan il-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija huwa intenzjonat li jintuża bħala parti minn sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa
personali kompluta.
L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra inklużi, iżda mhux limitati għal, immaniġġjar ta' materjal, attivitajiet rikreazzjonali
jew relatati mal-isport, jew attivitajiet oħra mhux deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent, mhuwiex approvat minn 3M u jista'
jirriżulta f'korriment serju jew mewt.
Dan it-tagħmir għandu jintuża biss minn utenti mħarrġa f'applikazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
!
TWISSIJA
Dan il-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija huwa parti minn sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa personali. Huwa mistenni li
l-utenti kollha jkunu mħarrġa b'mod sħiħ fl-installazzjoni u l-operazzjoni siguri tas-sistemi ta' protezzjoni kontra waqgħa
personali tagħhom.L-użu ħażin ta' dan it-tagħmir jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt. Għal għażla,
operazzjoni, installazzjoni, manutenzjoni, u servizz kif suppost, irreferi għal dawn l-Istruzzjonijiet għall-Utent u għar-
rakkomandazzjonijiet kollha tal-manifattur, kellem lis-superviżur tiegħek, jew ikkuntattja lis-Servizzi Tekniċi ta' 3M.
•
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol b'Lanyard li Jassorbi l-Enerġija li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu
jwasslu għal korriment serju jew mewt:
-
Spezzjona t-tagħmir qabel kull użu, mill-inqas darba fis-sena, u wara kwalunkwe avveniment ta' waqgħa.
Spezzjonah skont l-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi t-tagħmir mis-servizz u eqirdu.
-
Kwalunkwe tagħmir li kien suġġett għal waqfien ta' waqgħa jew forza ta' impatt għandu jitneħħa mis-servizz
immedjatament. Irreferi għall-Istruzzjonijiet għall-Utent jew ikkuntattja lill-Protezzjoni għal Kontra l-Waqgħat ta' 3M.
-
Żgura li s-subsistemi konnettivi kollha (eż. lanyards) jinżammu ħielsa minn kull periklu inkluż, iżda mhux limitat
għal, tħabbil ma' ħaddiema oħra, miegħek stess, ma' makkinarju li jiċċaqlaq, jew ma' kwalunkwe oġġett ieħor fil-
madwar.
-
Żġuri li tintuża protezzjoni adegwata għax-xfar meta t-tagħmir jista' jiġi f'kuntatt ma' xfar li jaqtgħu jew irkejjen
għall-ponta.
-
Orbot is-sieq/saqajn mhux użata/i tal-lanyard mal-parti/jiet tal-irbit tal-ipparkjar fuq l-irbit tas-sikurezza jekk huwa
mgħammar.
-
Torbotx jew tgħaqqadx il-lanyard.
-
Taqbiżx in-numri ta' utenti permessi.
-
Żgura li s-sistemi/subsistemi ta' protezzjoni kontra waqgħa assemblati minn komponenti magħmula minn manifatturi
differenti huma kumpatibbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards applikabbli, inkluż ANSI Z359 jew kodiċi,
standards, jew rekwiżiti tal-protezzjoni kontra waqgħa oħrajn applikabbli. Dejjem ikkonsulta Persuna Kompetenti jew
Ikkwalifikata qabel tuża dawn is-sistemi.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol fl-għoli li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment
•
serju jew mewt:
-
Żgura li saħħtek u l-kundizzjoni fiżika tiegħek jippermettulek tissapporti b'mod sigur il-forzi kollha assoċjati max-
xogħol fl-għoli. Ikkonsulta lit-tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet rigward il-kapaċità tiegħek li tuża dan it-
tagħmir.
-
Qatt taqbeż il-kapaċità permessa tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Qatt taqbeż id-distanza ta' waqgħa mingħajr l-ebda trażżin (free fall) massima tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra
waqgħa tiegħek.
-
Tuża l-ebda tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa li jfalli l-ispezzjoni ta' qabel l-użu jew spezzjonijiet skedati oħra,
jew jekk għandek tħassib dwar l-użu jew l-adegwatezza tat-tagħmir għall-applikazzjoni tiegħek. Ikkuntattja lis-
Servizzi Tekniċi ta' 3M bi kwalunkwe mistoqsijiet li għandek.
-
Xi kombinazzjonijiet ta' subsistemi u komponenti jistgħu jinterferixxu mal-operazzjoni ta' dan it-tagħmir. Uża
konnessjonijiet kumpatibbli biss. Ikkonsulta lil 3M qabel tuża dan it-tagħmir flimkien ma' komponenti jew subsistemi
oħrajn li mhumiex deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Ħu prekawzjonijiet żejda meta taħdem madwar makkinarju li jiċċaqlaq (eż. il-magna rotatorja ta' riggijiet taż-żejt),
perikli elettriċi, temperaturi estremi, perikli kimiċi, gassijiet splussivi jew tossiċi, truf jaqtgħu jew bil-ponta, jew taħt
materjali fuq rasek li jistgħu jaqgħu fuqek jew fuq it-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa.
-
Uża apparati ta' Arc Flash jew Hot Works meta taħdem f'ambjenti b'ħafna sħana.
-
Evita uċuħ u oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-utent jew lit-tagħmir.
-
Żgura li hemm distanza adegwata tal-waqgħa biex jaħdem it-tagħmir meta tkun qed taħdem fl-għoli.
-
Qatt timmodifika jew tagħmel tibdiliet fit-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek. 3M jew partijiet awtorizzati
bil-miktub minn 3M biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan l-apparat.
-
Qabel l-użu tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa, żgura li hemm fis-seħħ pjan ta' salvataġġ jekk iseħħ inċident
ta' waqgħa.
-
Jekk iseħħ inċident ta' waqgħa, ikseb attenzjoni medika immedjatament għall-ħaddiem li waqa'.
-
Tużax ċineġ tal-irbit għall-ġisem għal applikazzjonijiet ta' waqfien ta' waqgħa. Uża biss Irbit tas-Sikurezza għall-
Ġisem Kollu.
-
Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
-
Jekk qed tagħmel tħarriġ b'dan l-apparat, għandha tintuża sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa sekondarja b'mod
li ma jesponix lil min qed jitħarreġ għal periklu ta' waqgħa mhux intenzjonata.
-
Dejjem ilbes tagħmir protettiv personali xieraq meta tinstalla, tuża, jew tispezzjona t-tagħmir/is-sistema.
NRU. TAL-FORMOLA: 5908270 REV: A
187
MT