3.0 INSTALLAZZJONI U AĠĠUSTAMENT
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u
l-limitazzjonijiet kollha kif speċifikati fl-1 Taqsima.
3.2
ANKRAĠĠ: Il-Figura 8 turi l-ankraġġ tal-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija. Agħżel post ta' ankraġġ b'riskji minimi ta'
waqgħat liberi u waqgħat bit-tbandil (ara l-1 Taqsima). Agħżel punt ta' ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet
statiċi speċifikati fl-1 Taqsima. Meta l-ankraġġ 'il fuq ma jkunx vijabbli, il-Lanyards jistgħu jintrabtu ma' punt tal-
ankraġġ taħt il-livell tad-D-Ring Dorsali tal-utent, imma ma jridux ikunu ankrati taħt il-livell tas-saqajn tal-ħaddiem.
3.3
KONNESSJONI TAL-ARNEŻI: Il-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija jrid jintuża ma' Arneżi ta' mal-Ġisem Kollu. L-Elementi
tal-Aċċessorji għall-Waqfien mill-Waqgħat huma mmarkati bl-ittra kapitali "A". Għall-applikazzjonijiet għall-Waqfien
mill-Waqgħat, qabbad it-tarf tal-Lanyard li jassorbi l-enerġija mal-Element tal-Aċċessorji Dorsali (D-Ring) ta' wara fuq
il-arneżi (ara l-Figura 8), jew l-Element tal-AċċessorjiSternali (D-ring) fuq is-sider. Irreferi mal-istruzzjonijiet inklużi
mal-arneżi tiegħek għal applikazzjonijiet oħra għall-protezzjoni mill-waqgħat u l-konnessjonijiet rakkomandati tal-
arneżi.
Xi mudelli tal-Lanyard huma mgħammra b'Choker Loop li jissikka mad-D-Ring jew il-Web Loop tal-arneżi (ara l-Figura 9).
Biex tissikka l-lanyard mad-D-Ring jew il-Web Loop tal-Arneżi:
1.
Daħħal il-web loop tal-lanyard fil-web loop jew fid-D-Ring fuq l-arneżi.
2.
Daħħal it-tarf it-tajjeb tal-lanyard minn ġol-web loop tal-lanyard.
3.
Iġbed il-lanyard minn ġol-web loop konnettiva biex tissikka l-Lanyard.
3.4
KONNESSJONI TAL-ANKRAĠĠ: Il-Figura 8 turi l-konnessjoni tal-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija ma' diversi opzjonijiet
tal-ankraġġ. It-tarf tal-ankraġġ tal-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija huwa kkonfigurat b'diversi opzjonijiet tal-Ganċ, Tie-
Back u Rope Grab għat-twaħħil mal-ankraġġ:
•
Konnessjoni tal-Ganċ: Il-Figura 8A turi l-konnessjoni tar-rebar mal-Ganċ tar-Rebar tal-Lanyard. Il-Figura 8B
turi l-konnessjoni ta' Adattur tat-Tie-Off issikkat madwar I-Beam bl-iSnap Hook tal-Lanyard. Ara t-Taqsima 2
għad-dettalji dwar il-kompatibilità tal-konnettur u l-konnessjoni kif suppost.
•
Konnessjoni Tie-Back: Il-Figura 8C turi l-irbit madwar biċċa ħadida angolata b'Lanyard Tie-Back. Orbot il-
Lanyard Tie-Back madwar struttura tal-ankraġġ kif muri fil-Figura 10.
1.
Dendel it-tarf tal-Lanyard Tie-Back fuq l-istruttura tal-ankraġġ mingħajr ma ddawwar il-Lanyard. Aġġusta
l-Floating D-Ring (A) biex ikun imdendel taħt l-istruttura tal-ankraġġ. Orbot l-iSnap Hook tal-Lanyard mal-
Floating D-Ring. Kun ċert li l-Lanyard qiegħed imqabbad sew madwar l-istruttura tal-ankraġġ.
2.
Tħallix l-iSnap Hook Gate (B) tmiss mal-istruttura tal-ankraġġ.
3.
•
Konnessjoni tar-Rope Grab: Il-Figura 8C turi Lanyard li Jassorbi l-Enerġija b'Rope Grab imqabbad ma' Kejbil
tas-Sigurtà Vertikali. Ara l-istruzzjonijiet inklużi mal-Kejbil tas-Sigurtà Vertikali tiegħek għal dettalji dwar
l-installazzjoni u l-użu tar-Rope Grab.
;
Strumenti li Jiġbdu Lura Awtomatikament: Tqabbadx Lanyard li Jassorbi l-Enerġija jew Tagħmir li Jassorbi
l-Enerġija ma' Strument li Jiġbed Lura Awtomatikament (SRD). Jeżistu applikazzjonijiet speċjali meta konnessjoni
ma' SRD tista' tkun permissibbli. Ikkuntattaja l-Protezzjoni mill-Waqgħat ta' 3M.
3.5
AĠĠUSTAMENT TAL-LANYARD: Xi mudelli tal-Lanyard huma mgħammra b'Tagħmir tal-Aġġustament biex iqassar
jew itawwal it-Truf(ijiet) tal-Lanyard u jelimina l-laxk fil-Lanyard. Meta żżomm il-Lanyard stirat tnaqqas iċ-ċans li
titfixfel mal-lanyard jew milli l-lanyard jinqabad mal-oġġetti fil-viċinanzi.
•
Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla (Figura 11): Biex taġġusta t-tul tat-Tarf tal-Lanyard:
1.
Żerżaq il-Loop Keeper (A) 'il bogħod mit-Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla (B).
2.
Żerżaq it-Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla 'l fuq jew 'l isfel tul il-webbing biex tqassar jew ittawwal it-Tarf
tal-Lanyard.
3.
Żerżaq il-Loop Keeper lura biex tissikka l-webbing u t-Tagħmir tal-Aġġustament tal-Bokkla.
4.0 OPERAT
;
L-utenti li qed jużaw il-Lanyards li Jassorbu l-Enerġija (Lanyards) għall-ewwel darba jew dawk li ma tantx
jużawhom għandhom jaqraw l-"Informazzjoni dwar is-Sigurtà" fil-bidu ta' dan il-Manwali qabel jużaw il-Lanyard.
4.1
SPEZZJONI MILL-ĦADDIEM: Qabel kull użu, ispezzjona l-Lanyard li Jassorbi l-Enerġija skont il-lista ta' kontroll tal-
ispezzjoni fir-Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2). Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew
tindika li l-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta' waqgħat, il-Lanyard irid jitneħħa mis-servizz u jinqered.
4.2
WARA WAQGĦA: Kull Lanyard li kien soġġett għall-forzi biex iwaqqfu waqgħa jew juri ħsarat konsistenti mal-effetti
ta' forzi biex iwaqqfu waqgħa kif deskritt fir-Reġistru tal-Installazzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2) irid jitneħħa mis-
servizz minnufih u jinqered.
4.3
OPERAT: Il-Figura 8 turi l-konnessjonijiet ta' sistema għal applikazzjonijiet tipiċi ta' Lanyard li Jassorbi l-Enerġija.
Dejjem qabbad it-Tarf tat-Tagħmir li Jassorbi l-Enerġija tal-Lanyard mal-Arneżi ta' Mal-Ġisem Kollu l-ewwel u mbagħad
qabbad il-Punt tat-Tarf ma' ankraġġ adattat. Dejjem imminimizza l-ammont ta' laxk fil-lanyard viċin periklu ta'
waqgħat billi taħdem kemm tista' viċin l-ankraġġ. Ara t-Taqsima 3 għad-dettalji dwar il-konnessjoni tal-arneżi u
l-ankraġġ.
192