Descargar Imprimir esta página

Engelbert Strauss 83.71.540 Instrucciones E Información página 28

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 14
Avviżi importanti għall-utenti biex jiġu ssodisfati l-funzjonijiet ta' sikurezza.
L-ilbies protettiv jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà
tad-Direttiva 89/686/KEE, Anness II u tal-EN 13688:2013 Ilbies Protettiv.
Informazzjoni ġenerali: L-istruzzjonijiet f'dan il-fuljett informattiv dwar l-użu tal-ilbies protettiv għandhom jiġu dejjem osservati.
Marka CE: din l-identifikazzjoni esterna tikkonferma li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti
imposti mill-Unjoni Ewropea fuq il-manifattur.
Id-dikjarazzjoni ta' konformità tinsab fuq is-sit tal-internet li ġej: www.engelbert-strauss.com/declaration-of-conformity
Spjegazzjoni tas-simboli: Id-data tal-manifattura tiddeskrivi ż-żmien tal-produzzjoni bi stampa u kitba fit-tikketta PO tal-prodott.
Is-simbolu tal-fabbrika jissimbolizza l-produzzjoni filwaqt li n-numri juru
x-xahar u s-sena ta' meta ġie prodott it-tagħmir.
XX/SSSS
Protezzjoni tal-irkopptejn għal xogħlijiet f'pożizzjoni inkinata. Tip 2, livell ta' prestazzjoni 1 skont EN 14404:2004+A1:2010.
Informazzjoni ġenerali: tipi ta' tagħmir protettiv għall-irkupptejn
L-imħaded protettivi għall-irkupptejn huma tagħmir għall-protezzjoni tal-irkupptejn użat minn persuni f'qagħda għarkupptejhom.
Tagħmir protettiv għall-irkupptejn tat-tip 1: tagħmir protettiv indipendenti mill-ilbies li jitwaħħal mar-riġel. Tagħmir protettiv għall-
irkupptejn tat-tip 2: materjali tal-fowm plastiku jew imħaded oħra fil-bwiet, mal-qliezi jew imwaħħla mal-qalziet b'mod permanenti.
Il-pożizzjoni tat-tagħmir protettiv tat-tip 2 rigward il-qalziet tista' tkun fissa jew aġġustabbli. Tagħmir protettiv għall-irkupptejn tat-tip
3: tagħmir mhux imwaħħal mal-ġisem, iżda jadatta ruħu għaċ-ċaqliq tal-utent. Jista' jkun hemm għal kull irkoppa weħidha jew għat-tnejn
flimkien. Tagħmir protettiv għall-irkupptejn tat-tip 4: tagħmir protettiv għal waħda mill-irkupptejn jew it-tnejn li huma, li jifforma parti
minn tagħmir b'funzjonijiet addizzjonali, bħalma huma l-oqfsa li jservu ta' għajnuna biex wieħed iqum bilwieqfa jew is-siġġijiet maħsuba
għal qagħda ta' wieħed għarkupptejh. It-tagħmir protettiv jista' jkun imwaħħal mal-ġisem jew jintuża b'mod indipendenti mill-ġisem.
Livelli ta' protezzjoni: Il-livell ta' protezzjoni jirriżulta mill-kombinament tal-qalziet mal-imħadda għall-irkupptejn.
X = Il-livell ta' protezzjoni jiġi indikat taħt il-piktogramma
(naħa ta' wara tal-imħadda)
X
Jeżistu tliet livelli ta' protezzjoni: Livell 0: tagħmir protettiv għall-irkupptejn adattat għal superfiċi lixxa li ma jipprovdix protezzjoni
kontra t-titqib. Livell 1: tagħmir protettiv għall-irkupptejn adattat għal superfiċi lixxa jew mhux lixxa li jipprovdi protezzjoni kontra t-titqib
b'forza ta' (100±5) N. Dawn l-imħaded mhumiex adattati għal superfiċi ppuntati li jaqbżu l-għoli ta' 1 cm u li xi punt tagħhom ikun
suġġett għal pressjoni ogħla minn 100 N (pereżempju fil-minjieri jew il-barrieri). Livell 2: tagħmir protettiv għall-irkupptejn adattat
għall-użu f'superfiċi lixxa jew mhux lixxa t f'ċirkostanzi diffiċli li jipprovdi protezzjoni kontra t-titqib b'forza ta' (250±10) N.
Użu: Il-protezzjoni skont EN 14404:2004+A1:2010 hija ggarantita biss jekk it-tagħmir jintlibes f'kombinament mal-prodotti indikati. Jekk
jintlibes flimkien ma' prodott ieħor jew ta' kompetitur mhijiex iggarantita l-protezzjoni stipulata mill-istandard EN 14404:2004+A1:2010.
L-imħaded għall-irkupptejn iridu jiddaħħlu fi bwiet adattati u jiġu ffissati fil-pożizzjoni tagħhom b'tali mod li l-parti l-kbira tal-pressjoni
tal-persuna li qiegħda għarkupptejha tkun qiegħda fuq il-parti ċentrali tal-imħadda u jkun iggarantit it-tqassim ideali tal-pressjoni. Il-wiċċ
intaljat tal-parti maħsuba għall-irkoppa tal-imħadda dejjem ikun barra filwaqt li l-wiċċ ta' ġewwa jkun immarkat. Għal kull attività jew
xogħol ta' min jinsab għarkupptejh f'diversi superfiċi sakemm l-ilbies tax-xogħol ikun attrezzat bi bwiet addattati fil-livell tal-irkupptejn u
jkun iggarantit l-użu għall-iskop maħsub. L-imħaded għall-irkupptejn la huma reżistenti għall-kimiċi u lanqas għas-sħana u n-nar. Skont
ix-xogħol konkret li jrid jitwettaq, l-utent għandu jilbes tagħmir ta' protezzjoni personali addizzjonali (pereżempju nuċċali protettiv, elmu,
...). Il-livell ta' protezzjoni jrid jiġi eżaminat minn qabel għal kull każ individwali jew aġġustat b'kunsens mal-manifattur. L-użi kollha mhux
definiti jridu jiġu ċċarati permezz tal-komunikazzjoni mal-manifattur. Il-manifattur jeskludi kull responsabbiltà għal ħsarat ikkawżati minn
użu inadegwat, bħal-liwi u t-tgħawwiġ żejjed.
Aktar noti għall-kuxxinetti tal-irkopptejn: Twissijiet:
– L-imħaded għall-irkupptejn mhumiex adattati għall-użu, pereżempju, bħala tagħmir tas-sikurezza f'żoni b'periklu ta' waqgħat.
– Min jilbishom għandu jbiddel il-pożizzjoni tiegħu jew iqum bilwieqfa ta' spiss sabiex jevita
rifluss tad-demm fil-vini ta' saqajh u jmexxi ċ-ċirkolazzjoni tad-demm.
– Oqgħod għarkupptejk f'qagħda wieqfa, mhux bilqiegħda fuq għarqbejk.
– Ikkonsulta lit-tabib f'każ ta' rkupptejn jew tartaruni minfuħa waqt xogħol f'qagħda għarkupptejk.
– Bidla fil-kundizzjonijiet tal-ambjent bħat-temperatura tista' taffettwa b'mod sinifikanti
MT
– 54 –
l-prestazzjoni tat-tagħmir protettiv għall-irkupptejn.
– L-ebda tagħmir protettiv għall-irkupptejn ma jista' jipprevjeni kull korriment.
– Tniġġis żejjed, modifiki jew użu żbaljat jistgħu jnaqqsu b'mod perikoluż il-prestazzjoni
tat-tagħmir protettiv għall-irkupptejn jew ineħħuha għalkollox.
– Daqs wieħed għall-adulti bejn 50-100 kg. Piż li jaqbeż il-100 kg jista' jnaqqas il-prestazzjoni.
– It-temperaturi li jaqbżu l-50 °C jistgħu jnaqqsu l-prestazzjoni tat-tagħmir protettiv.
Il-marka tal-prodott tinkludi dawn li ġejjin:
– l-iskadenza hija
(XX/SSSS)
– direzzjoni ‚l fuq hija indikata bi vleġġa ‚l fuq u „up"
– Ix-xellug/lemin huwa indikat bħala „left/right"
– Il-wiċċ ta' ġewwa huwa indikat bħala „inside"
– Il-lott huwa „Lot"
– „Unisize" tfisser daqs wieħed.
– It-tip ta' protezzjoni għall-irkupptejn jiġi indikat bħala „Typ"
– Il-livell ta' protezzjoni jiġi indikat bħala „Level"
Materjali mhux ta' ħsara: Il-materjali mhux qed jirrelaxxaw sustanzi tossiċi, karċinoġeni, mutaġeni, allerġeni u tossiċi għar-riproduzzjoni
u b'hekk mhumiex ta' ħsara.
Avviż rigward il-kura tal-prodott: L-imħadda għall-irkupptejn tista' titnaddaf b'ilma kiesaħ biss. Mhumiex aċċettabbli addittivi speċjali
għall-ħasil kif ukoll temperaturi għolja waqt il-ħasil jew it-tinxif. L-imħaded għall-irkupptejn iridu jitneħħew mill-qalziet rispettiv qabel
it-tindif, il-ħasil, it-tinxif u l-mgħoddija u mbagħad jerġgħu jiddaħħlu fil-but qabel dan ma jintlibes. M'għandhomx jinħaslu fil-magna
tal-ħasil.
Reżistenza għall-ilma: L-imħadda ta' protezzjoni għall-irkupptejn hija reżistenti għall-ilma. Ma twettaqx, però, eżami ta' reżistenza għall-ilma.
Eżami tal-imħadda għall-irkupptejn: Fil-każ li xi mħadda tippreżenta sintomi ta' xedd u kedd bħal qtugħ jew inċiżjonijiet fil-wiċċ, trid tiġi
ssostitwita peress li ma tistax tiġi ggarantita iżjed il-protezzjoni meħtieġa. L-imħaded għall-irkupptejn ma jistgħux jissewwew.
Ħażna u trasport: L-imħadda għall-irkupptejn għandha dejjem tiġi maħżuna u ttrasportata f'post mhux umduż, mhux sħun u protett mid-
dawl tax-xemx.
Skadenza: L-imħaded fuqhom data ta' skadenza bl-indikazzjoni tax-xahar u s-sena (MM/JJJJ) u numru tal-lott. Ix-xedd u l-kedd normali
huma eżentati mid-data ta' skadenza relatata mat-taqdim.
Rimi: Imħaded bi ħsara jistgħu jintremew mal-iskart domestiku normali.
Komponenti ewlenin: L-imħadda għall-irkupptejn magħmula primarjament mill-polietilen.
Informazzjoni ġenerali għat-tagħmir protettiv personali (TPP): Nota dwar il-kura u t-tiqdim: It-TPP għandu jingħata kura regolari
u b'mod professjonali. Il-kompożizzjoni tal-materjal tinsab fit-tikketta tal-kura fuq il-prodott. Id-dettalji fuq it-tikketta tal-kura huma
deċiżivi sabiex il-prodott u l-effett protettiv tiegħu iservu għal żmien twil. Nixxef il-prodott fid-dell u erfgħu f'post niexef u protett mid-
dawl. Huwa possibbli li l-ħajja tal-ilbies tonqos b'mod sinifikanti minħabba fit-therrir u l-kedd li jseħħu fil-prattika. Anke l-ħmieġ, l-umdità,
l-għaraq, jew it-tifi kkawżat mix-xemx jistgħu inaqqsu l-ħajja tat-TPP.
Fatturi li jistgħu jikkawżaw taqdim huma, fost l-oħrajn:
– Tindif u proċessi ta' manutenzjoni jew ta' diżinfezzjoni
– Effetti ta' temperaturi għoljin jew baxxi jew tat-tibdil fit-temperatura
– Effetti ta' kimiċi, inkluża l-umdità
– Effetti mekkaniċi (brix, tagħwiġ, pressjoni u tensjoni)
– Kontaminazzjoni, pereżempju minn ħmieġ, żjut, titjir ta' metall imdewweb eċċ.
– Kedd
Jekk jogħġbok, iċċekkja wara kull ħasla u proċess ta' tinxif jekk hemmx tiċrit fit-tessut jew lastku jitmermer. Dawn it-tnejn huma indikazz-
jonijiet tal-fatt li m'għadux iggarantit l-effett protettiv tat-tessut. Kwalunkwe tiswijiet jistgħu jsiru biss minn ditti kompetenti.
Limiti fl-użu u analiżi tar-riskju:
– Jekk jogħġbok innota li l-ilbies protettiv għandu jintlibes magħluq biex jaqdi l-funzjoni tiegħu.
– Tagħżilx ilbies protettiv dejjaq wisq, għaliex dan jista' jnaqqas il-libertà tal-movimenti.
Aġġusta l-qisien tal-qadd, il-kmiem u l-qliezi tal-ilbies għad-daqs tiegħek. L-ilbies għandu jkun tad-daqs
tiegħek (wisa' + tul). L-effett protettiv jista' jiġi kompromess jekk l-ilbies ikun dejjaq jew wiesgħa wisq.
– Għal raġunijiet ta' sikurezza, mhux permess li jitwettqu modifikazzjonijiet fuq il-prodott.
– Barra minn hekk, hemm riskju ta' ħsara irriversibbli jekk l-espożizzjoni għall-periklu taqbeż
il-valuri ttestjati jew it-tul ta' żmien ittestjat, u meta dawn iseħħu flimkien.
– 55 –

Publicidad

loading

Este manual también es adecuado para:

83.71.571