2.6
KOMPATIBILITÀ TAL-KONNETTURI: Il-konnetturi huma kkunsidrati li huma kompatibbli mal-elementi ta' konnessjoni
meta jkunu ġew iddisinjati biex jaħdmu flimkien, b'mod li l-qisien u l-forom tagħhom ma jikkawżawx il-mekkaniżmi
tal-bibien (gate mechanisms) tagħhom jinfetħu aċċidentalment, irrispettivament minn kif jorjentaw ruħhom. Ikkuntattja lil
3M jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar kompatibbiltà.
Il-konnetturi (ganċijiet, carabiners, u D-Rings) għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal tal-anqas 5,000 libbri (22 kN).
Il-konnetturi jridu jkunu kompatibbli mal-komponenti tas-sistema ta' ankraġġ jew ma' dawk ta' sistemi oħra. Tużax
tagħmir li mhuwiex kompatibbli. Il-konnetturi li mhumiex kompatibbli jistgħu jinħallu b'mod mhux intenzjonat (ara Figura
9). Il-konnetturi għandhom ikunu kompatibbli fil-qies, forma, u saħħa. Jekk l-element ta' konnessjoni li miegħu jkun
marbut snap hook jew carabiner ikun ta' qies żgħir jew ikollu forma irregolari, tista' tinħoloq sitwazzjoni li fiha l-element ta'
konnessjoni japplika forza fuq il-bieba tas-snap hook jew carabiner (A). Din il-forza tista' tikkawża lill-bieba (B) tinfetaħ, u
tippermetti li s-snap hook jew carabiner jinħallu mill-punt tal-konnessjoni (C).
2.7
AGĦMEL KONNESSJONIJIET: Snap hooks u carabiners użati ma' dan it-tagħmir għandhom ikunu tat-tip self-locking
(jingħalqu waħedhom). Kun żgur li l-konnessjonijiet huma kompatibbli fil-qies, forma u saħħa. Tużax tagħmir li mhuwiex
kompatibbli. Żgura li l-konnetturi kollha huma kompletament magħluqin u msakkrin.
Il-konnetturi ta' 3M (snap hooks u carabiners) huma ddisinjati biex jintużaw biss kif speċifikat fl-istruzzjonijiet tal-prodott
għall-utent ta' kull wieħed minnhom. Ara Figura 10 għal eżempji ta' konnessjonijiet mhux xierqa. Tikkonnettjax snap
hooks u carabiners:
A.
Ma' D-ring li għandu konnettur ieħor mqabbad miegħu.
B.
B'mod li jkun jista' jirriżulta f'tagħbija fuq il-bieba (gate). Throat snap hooks kbar m'għandhomx jiġu kkonnettjati ma'
D-rings ta' qies standard jew oġġetti simili li jwassal għal tagħbija fuq il-bieba jekk il-ganċ jew id-D-ring jitmejlu jew
iduru, sakemm is-snap hook użat ma jkunx mgħammar b'bieba ta' 3,600 lb (16kN). Iċċekkja l-marki fuq is-snap hook
tiegħek biex tivverifika li hu xieraq għall-applikazzjoni tiegħek.
C.
F'rabta falza (false engagement), fejn elementi li jisporġu mis-snap hook jew carabiner jaqbdu fuq l-ankra, u
mingħajr konferma viżwali jidhru li jkunu mqabbdin tajjeb mall-punt tal-ankraġġ.
D.
Ma' xulxin.
E.
Direttament mal-webbing jew il-ħabel tal-lanyard jew it-tie-back (sakemm l-istruzzjonijiet tal-manifattur kemm
għal-lanyard kif ukoll għall-konnettur ma jippermettux speċifikament tali konnessjoni).
F.
Ma' kwalunkwe oġġett li hu ffurmat jew għandu qisien b'mod li s-snap hook jew il-carabiner ma jingħalqux u ma
jillokkjawx, jew jekk jista' jseħħ roll-out.
G.
B'mod li ma jħallix lill-konnettur jallinja tajjeb meta jkun taħt tagħbija.
347