3M DBI SALA ROLLGLISS R550 Manual De Instrucciones página 348

Ocultar thumbs Ver también para DBI SALA ROLLGLISS R550:
Tabla de contenido

Publicidad

Idiomas disponibles
  • MX

Idiomas disponibles

  • MEXICANO, página 117
3.0
INSTALLAZZJONI
;
L-installazzjoni tal-Rollgliss™ Sistema ta' Salvataġġ Żejt & Gass R550 trid issir taħt is-superviżjoni ta' Persuna
Kkwalifikata
. L-installazzjoni trid tiġi ċċertifikata minn Persuna Kompetenti li tissodisfa l-kriterji għal Ankraġġ
1
Iċċertifikat, jew li hija kapaċi tiflaħ għall-forzi potenzjali li tista' tiltaqa' magħhom matul waqgħa.
3.1
IPPJANAR: Ippjana l-Sistema ta' Salvataġġ R550 tieg]ek u kif ser jintuża qabel tibda x-xogħol tiegħek. Agħmel
rendikont tal-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra r-rekwiżiti,
il-limitazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet kollha kif definiti f'Sezzjoni 2 u Tabella 1.
3.2
INSTALLAZZJONI TAL-SISTemA TA' SALvATAġġ R550: Il-Sistema ta' Salvataġġ Żejt & Gass R550 jista' jkun
imqabbad ma' ankraġġ jew ma' sellum fiss. Assigura li l-Sistema ta' Salvataġġ R550 huwa installat sew qabel l-użu, skond
il-proċedura li ġejja:
;
Meta tqabbad il-Sistema ta' Salvataġġ R550 ma' Ankraġġ, ikkonferma li l-arranġament tal-konnessjoni mhux se
jimblokka jew jirrestrinġi inżul.
Tqabbid tal-Sistema ta' Salvataġġ R550 ma' Ankraġġ:
Ara Figura 11 għal eżempji ta' konnessjoni tal-Apparat tal-Inżul
ta' Emerġenza minn ankraġġ. Ara Taqsima 2 ta' dan l-IFU għal
rekwiżiti ta' kompatibilità u saħħa tal-ankraġġ.
Tħejjija tal-Linja tal-Ħajja: Tbaxxi tarf wieħed tal-linja tal-ħajja mal-art jew il-punt tal-wasla ta' taħt. Żgura li
l-linja tal-ħajja tkun ħielsa minn għoqod jew brim.
3.3
INSTALLAZZJONI TAL-BRAGI TAL-ANKRA: Il-Bragi tal-Ankra jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu punt ta' konnessjoni
għall-Mikro-Taljola għal użu fuq struttura. Ara Figura 17 għal referenza. Biex tinstalla l-Bragi tal-Ankra:
A. GĦAL INSTALLAZZJONIJIeT BIL-LAXK:
1.
Kebbeb il-braga tal-ankra (C) madwar it-travu. Żgura li ż-żewġt itruf tal-braga tal-ankra jiltaqgħu.
2.
Agħlaq il-carabiner (D) fuq iż-żewġt itruf tal-braga tal-ankra, kif jidher f'Figura 17A.
3.
Iġbed 'l isfel fuq il-carabiner biex tissikka l-braga tal-ankra. Il-carabiner għandu jkun taħt in-nofs tat-travu waqt
l-użu, b'angolu (A) maħluq bejn it-travu u l-braga tal-ankra ta' mhux aktar minn 45°.
B. GĦAL INSTALLAZZJONIJIeT mINGĦAJR LAXK:
1.
Kebbeb il-braga tal-ankra (C) madwar it-travu. Għaddi tarf wieħed tal-braga tal-ankra minn ġot-tarf l-ieħor.
2.
Agħlaq il-carabiner (D) fuq it-tarf imdawwar tal-braga tal-ankra, kif jidher f'Figura 17B.
3.
Iġbed 'l isfel fuq il-carabiner biex tissikka l-braga tal-ankra. Il-carabiner għandu jkun taħt in-nofs tat-travu waqt
l-użu.
3.4 INSTALLAZZJONI TAL-QABDA TAL-KeJBIL TAS-SALvATAġġ: Il-Qabda tal-Kejbil tas-Salvataġġ tista' tintuża biex
ittella' vittma ta' waqgħa sospiża fuq linja tal-ħajja ta' wajer tal-kejbil għas-sigurtà. Ara Figura 18 għal referenza. Biex
tinstalla l-Qabda tal-Kejbil tas-Salvataġġ:
1.
Neħħi l-Qabda tal-Kejbil tas-Salvataġġ mit-tarf tas-Sistema ta' Salvataġġ R550, jekk tkun imqabbda.
2.
Poġġi l-Qabda tal-Kejbil tas-Salvataġġ kif muri, bil-Manku tal-Qabda tal-Kejbil taħres 'il fuq.
3.
Aqleb il-Manku tal-Qabda tal-Kejbil f'pożizzjoni li jħares 'l isfel. Dan għandu jiddiżattiva ż-Żarbun tal-Qabda tal-Kejbil.
4.
Waħħal il-Qabda tal-Kejbil tas-Salvataġġ mal-linja tal-ħajja tal-kejbil tal-wajer. Il-linja tal-ħajja għandha tidħol b'mod
sod fil-Ġisem tal-Qabda tal-Kejbil.
5.
Erfa' l-Manku tal-Qabda tal-Kejbill għall-pożizzjoni tħares 'il fuq tiegħu. Dan għandu jqabbad iż-Żarbun tal-Qabda tal-
Kejbil u jiżgura l-Qabda tal-Kejbil tas-Salvataġġ mal-linja tal-ħajja.
6.
Waħħal wieħed mill-Snap Hooks fuq it-tarf tal-Apparat ta' Salvataġġ u Ħruġ R550 mal-O-Ring tal-Konnettur tal-Qabda
tal-Kejbil tas- Salvataġġ. Dan ser jippermetti l-użu tal-Apparat ta' Salvataġġ u Ħruġ R550 biex fl-istess ħin jgħolli
l-linja tal-ħajja mqabbda.
3.5
INSTALLAZZJONI TAL-IRBIT TAL-GĦODDA: Ara Figura 19 għal referenza. Biex tqabbad l-Irbit tal-Għodda:
1.
Iftaħ il-ganċ tal-konnessjoni tal-irbit (A) billi tiġbed 'l isfel fuq il-manku tal-konnettur.
2.
Qabbad il-ganċ tal-konnessjoni tal-irbit (A) mal-punt tat-twaħħil tal-għodda tiegħek. (Jekk jogħġbok ara l-manwal
tal-utent inkluż mal-punt tat-twaħħil tiegħek għal struzzjonijiet dwar kif tikkonnettja l-punt tat-twaħħil mal-għodda
tiegħek.)
3.
Assigura li l-ganċ tal-konnessjoni tal-irbit (A) ikun imwaħħal sew mal-punt tat-twaħħil tal-għodda tiegħek. Qabbad
il-ganċ tal-konnessjoni tal-irbit l-ieħor (B) ma' D-ring fil-ġenb fuq ix-xedd tal-ġisem kollu tiegħek.
F'Figura 11:
A
Ankraġġ
B
Konnettur
tal-Ankraġġ
C
Carabiner
348
D
Lanyard tax-Xibka
E
Konnettur tal-Ankraġġ
(Braga tax-Xibka)

Publicidad

Tabla de contenido
loading

Tabla de contenido